Sliem u ħajja Parroċċa San Sebastjan Ħal Qormi April 2018
KELMA TAL-KAPPILLAN
Ngħixu l-ferħ tal-Għid il-Kbir Il-Qawmien ta’ Kristu mill-imwiet, ma jistax ma jnissilx ferħ u paċi fil-ħajja tan-nisrani. Għax fl-Għid il-Kbir, il-biża’ tmut u titwieled it-tama, id-dnub ma jibqax il-kundanna tal-bniedem, għax titnissel u tingħata l-grazzja permezz tal-maħfra tad-dnubiet. Iva, il-ħażen, li huwa l-akbar ostaklu għallbniedem, fil-Qawmien ta’ Kristu mill-imwiet jitlef il-qawwa tiegħu. Għalhekk fl-Għid il-Kbir, id-dixxiplu li jemmen jistrieħ fi Kristu Rebbieħ, iħossu f’postu, iħossu maħbub, iħossu bniedem ġdid b’dinjità. Dan il-ferħ tal-Għid il-Kbir, ngħixuh kull nhar ta’ Ħadd, meta flimkien mal-Knisja, bħala komunità ta’ dixxipli niċċelebraw Jum il-Mulej. Dakinhar nerġgħu niġġeddu fit-tama tagħna fi Kristu Rxoxt, imqajjem mill-imwiet. Għalhekk f’din il-laqgħa qaddisa, il-Mulej jagħtina l-qawwa tal-imħabba tiegħu meta joffrilna l-Kelma bħala gwida fuqiex nimxu filwaqt li jimliena bil-kuraġġ quddiem il-vjaġġ tal-ħajja meta jfakkarna: “Jiena magħkom dejjem, sal-aħħar taż-żmien.”(Mt 28, 20). Ejjew, għalhekk ma nibqgħux lura milli nieħdu sehem f’din l-Ewkaristija, f’jum il-Ħadd, għax ma nistax inkun dixxiplu ta’ Ġesù, ma nistax ngħix il-ferħ tal-Għid, mingħajr il-Quddiesa tal-Ħadd. F’dan iż-żmien tal-Għid, aħna s-saċerdoti, inwasslulkom il-barka ta’ Kristu Rxoxt permezz tat-tberik tal-familji tagħna. F’din il-barka, li tasal għandna permezz talilma mbierek, aħna rridu niftakru, fil-magħmudija
tagħna meta bdejna l-mixja tagħna wara Ġesù, meta ġejna midluka biż-żejt bħala l-ikkonsagrati tal-Mulej u ngħatajna l-grazza li nissejħu wlied Alla. Imma f’din il-barka wkoll, il-Mulej irid jurina kemm jieħu ħsiebna, kemm iħobbna, kemm jixtieq jipproteġina mill-ħażen u l-perikli ta’ madwarna. Għalhekk, ikun jagħmel ħafna sens li sakemm ikun possibli għal dan il-mument qaddis tkunu preżenti bħala familja, biex fi spirtu ta’ talb tilqgħu din il-barka ta’ Alla fuqkom. Fl-aħħarnett, ejjew bħala Parroċċa ngħixu l-ferħ tal-Għid, billi bħala l-ewwel insara nkunu komunità li filwaqt li niċċelebraw l-Ewkaristija, inħalluha tibdilna billi nkunu qaddejja ta’ xulxin. Il-Ktieb talAtti tal-Appostli jagħtina deskrizzjoni mill-isbaħ fuq kif kienu jġibu ruħhom il-komunità tal-ewwel insara: “Dawk kollha li kienu jemmnu kienu ħaġa waħda u kienu jaqsmu kollox bejniethom.” Ejjew għalhekk infittxu biex bħala parroċċa, inkunu komunità talGħid, billi ngħixu bħala aħwa, infittxu l-ġid ta’ xulxin, insostnu lil min qiegħed ibati u nkunu miftuħa għal kulħadd. Filwaqt li nselli ħafna għalikom nitlob biex il-barka ta’ Kristu Rxoxt tinżel fuqkom u fuq il-familji tagħkom. Tkunu mberkin. DUN EWKARIST ZAMMIT KAPPILLAN
PROGRAMM GĦAX‑XAHAR TA’ APRIL Il-Ħadd 1:
Festa tal-Għid il-Kbir. Il-Quddies ikun bħal kull nhar ta’ Ħadd. Wara l-Quddiesa tat-8.00a.m. ikollna l-purċissjoni bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt. Fl-12.00pm fuq iz-zuntier, issir it-talba tar-Regina Coeliu filwaqt li jitbierku l-figolli tat-tfal. Nagħlqu bil-barka Sagramentali fil-Knisja Parrokkjali.
It-Tnejn 2:
Jibda t-tberik tal-familji. Nitolbu biex dan il-mument iħalli ħafna ġid.
Il-Ġimgħa 6: L-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Ikun tajjeb ħafna li llum nieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa. Is-Sibt 7:
Fid-9.15am Mons Arċisqof Charles J. Scicluna jordna disa saċerdoti ġodda fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann. Nitolbu għalihom u għal aktar vokazzjoniet.
Il-Ħadd 8:
Festa tal-Ħniena Divina. Fil-5.00pm issir l-Adorazzjoni tal-Ħniena Divina u fis-6.00pm ilQuddiesa tal-festa.
It-Tnejn 9:
Bi tħejjija għall-pusses tal-Kappillan il-ġdid, fis-7.30pm, ser issir laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali flimkien mal-membri kollha tal-għaqdiet u l-operaturi pastorali tal-Parroċċa bittema: Il-Parroċċa llum, x’inhi l-missjoni tagħha? Bħala persuni magħżula biex inservu lill-komunità, x’inhu mistenni minnha? Din issir fiċ-Ċentru Parrokkjali u titmexxa minn Mons. Joe Galea Curmi, Vigarju Ġenerali.
Is-Sibt 14:
Fis-6.15pm sas-7.15pm ser issir Velja ta’ talb fil-Knisja ż-Żgħira bi tħejjija għall-bidu tal-ħidma pastorali tal-Kappillan il-ġdid. Kulħadd mistieden.
Il-Ħadd 15:
Fid-9.30am Quddiesa bis-Sagrament tal-Magħmudija. Fis-6.00pm Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna imexxi Konċelebrazzjoni Solenni fl-okkażjoni tal-bidu tal-ħidma pastorali ta’ Dun Ewkarist Zammit bħala l-Kappillan tal-Parroċċa. Wara nkomplu b’riċeviment fiċ-Ċentru Parrokkjali. Kulħadd mistieden.
It-Tnejn 16:
Fl-10.00am, fil-kripta tal-knisja, ikollna l-Adorazzjoni mmexxija mis-Superjur Joe Fenech.
L-Erbgħa 18: Fis-7.30pm issir il-laqgħa tal-Grupp Familji Nsara fiċ-Ċentru Parrokkjali. Il-Ħadd 22:
Jum ta’ talb għall-Vokazzjoniet. Fid-9.00am Mons Arċisqof Charles J. Scicluna jordna erba’ djakni ġodda fil-Katidral tal-Imdina. Nitolbu għalihom u għal aktar vokazzjoniet.
It-Tnejn 23:
Festa Liturġika ta' San Ġorġ Martri.
FIL-FAMILJA TAGĦNA INGĦAQDU MA’ KRISTU BIL-MAGĦMUDIJA Giulia Barbara Malakai Williams Chris Saliba David Sciberras Logan Grech Kyle Zammit Montebello NIFIRĦULHOM
DAĦLU FIL-ĦAJJA TA’ DEJJEM Clayton Barbara – 29 sena Philippa Cilia – 87 sena Lucia Galea – 72 sena Maria Carmela Farrugia – 80 sena Anthony Mangion – 84 sena Maria Concetta Debono – 73 sena Emanuel Mifsud – 75 sena
NITOLBU GĦALIHOM U NAGĦTU L-KONDOLJANZI LILL-FAMILJARI TAGĦHOM.
ĦARĠA GĦAL GĦAWDEX GĦALL-FAMILJA KOLLHA
FIL-FESTA TA’ SAN GIRGOR L-ERBGĦA 4 T’APRIL, 2018 Tluq minn ħdejn il-Knisja Parrokkjali fis-7.00am Inkunu lura Ħal Qormi fil-5.30pm Prezz: €23 li jinkludi l-ikel u trasport (il-vapur mhux inkluż)
TBERIK U ŻJARAT FIL‑FAMILJI APRIL: IT-TNEJN 2 - FILGĦODU: Triq San Bartilmew (minn Triq San Bastjan sa Triq il-Kbira). FILGĦAXIJA: Triq San Bartilmew (minn Triq San Bastjan sa Triq l-Imdina) u Triq San Edward (minn Triq San Bartilmew sa Triq Antonio Muscat Fenech). IT-TLETA 3: Triq San Edward (minn Triq Antonio Muscat Fenech sa Triq Ġuże Ellul Mercer). L-ERBGĦA 4: Triq Antonio Muscat Fenech. IL-ĦAMIS 5: Triq Bertu Hyzler, Triq Dun Gino Mangion u Triq il-25 ta’ Mejju 1743. IL-ĠIMGĦA 6: Pjazza Narbona u Triq Fontanier (inkluż Blk 5, 6, 7, 14A u 14B). IT-TNEJN 9: Triq il-Vitorja. IT-TLIETA 10: Triq San Sebastjan u Triq San Ġużepp. L-ERBGĦA 11: Triq San Benedittu, Triq Dun Bert u Triq Santa Marija. IL-ĦAMIS 12: Triq iż-Żinżel, Triq San Rafel u Triq il-Għaqda. IL-ĠIMGĦA 13: Triq l-Imdina (min Triq iċ-Ċawsli sa Triq Santa Katarina). IT-TNEJN 16: Triq l-Imdina (minn Triq Santa Katarina sa Triq il-Vitorja-ħdejn l-Easysell). IT-TLIETA 17: Triq il-Ġdida. L-ERBGĦA 18: Triq il-Kbira, Triq Mifsud Ellul u Triq is-Sienja. IL-ĦAMIS 19: Triq Correa u Triq il-Flora. IL-ĠIMGĦA 20: Triq Ġorġ Borg u Triq l-20 ta’ Jannar. IT-TNEJN 23: Vjal De La Cruz (inkluż Blk 1, 2, 3, 11 u 12). IT-TLIETA 24: Triq Santa Katerina. L-ERBGĦA 25: Triq Ħal Luqa, Triq it-Tin u Misraħ iż-Żebbuġ. IL-ĦAMIS 26: Triq iċ-Ċawsli u Triq il-Kus.
IL-ĠIMGĦA 27: Pjazza P.P. Psaila (inkluż Blk 8 u 13), Triq il-Ġnien (inkluż Blk 9 u 10) u Pjazza talĠnien (inkluż Blk 4). It-Tnejn 30: Triq l-Immakulata Kunċizzjoni u Triq Santu Rokku. MEJJU: L-ERBGĦA 2: Triq il-Ħabbież, Triq il-Ġunġlien, Triq Ġużeppi Ciappara, Triq il-Ġebbieda u Triq il-Mejjilla. IL-ĦAMIS 3: Triq Amleto Spiteri. IL-ĠIMGĦA 4: Triq Ġuże Galea (inkluż Victoria Mansions) u Misraħ 15 ta’ Marzu. IT-TNEJN 7: Triq Ġuże Duca, Trejqet Pascarella, Pascarella Housing Estate u Tal-Ħandaq. IT-TLIETA 8: Triq Spiteri Fremond, Triq l-Armier u Triq l-Istabal. It-Tberik tal-Familji jkompli f’Ottubru 2018 kif ġej: OTTUBRU IT-TNEJN 8: Triq il-Poeżija, Triq il-Għana u Triq Lydda. IT-TLIETA 9: Triq id-Drama u Triq Ġuże Ellul Mercer. L-ERBGĦA 10: Triq Bellic u Triq Ġuże Muscat Azzopardi. IL-ĦAMIS 11: Triq Mario Pace, Triq Nikol Montebello, Triq Marcel Attard Vagnolo u Triq Dun Ġorġ Fenech. IL-ĠIMGĦA 12: Triq Nikol Baldacchino, Triq Carmelo Camilleri u Triq l-Imdina. IT-TNEJN 15: Triq Ġorġ Agius, Triq Pawlu Farrugia, Triq Fonzu Meli, Triq Dun Alwiġ Psaila u Triq Ġuże Maria Camilleri. IT-TLIETA 16: Triq il-Belt Valletta u
Triq l-Erba’ Qaddisin. L-ERBGĦA 17: Triq il-Kaċċatur, Triq inNassab, Triq ir-Ragħaj u Triq Armal. IL-ĦAMIS 18: Triq il-Kanun, Triq is-Sebħ, Triq il-Furnar u Triq Marco Montebello. IL-ĠIMGĦA 19: Triq l-Aħwa Zammit u Triq M. A. Vassalli. IT-TNEJN 22: Triq Karm Debono u Triq Tal-Bajjada. IT-TLIETA 23: Triq il-Qasam Sperimentali, Triq Wied il-Kbir, Triq San Vinċenz De Paule, Triq il-Biedja u Triq Francesco Debono. INFAKKRUKOM: » It-tberik jibda fl-4.00pm. » Huwa ta’ ferħ kbir għalina is-saċerdoti li niġu fil-familji tagħkom u nwasslulkom il-Barka ta’ Alla. Għalhekk tkun ħaġa sabiħa jekk għat-tberik tkunu preżenti fid-dar bħala familja. » Fejn hu possibli napprezzaw li ma tħallux lis-saċerdot iħabbat jew jistenna wara l-bieb. » M’hemmx għalfejn li wieħed jipprepara ikel u xorb. » Min jixtieq ikellem lis-saċerdot għal tul ta’ ħin jew jixtieq li ssir żjara fil-familja tiegħu darb’oħra, għandu jagħmel appuntament. » Min ma jistax ibierek meta jmissu jista’ jagħmel appuntament malKappillan għal darb’oħra. » Inħallu lis-saċerdot iqassam l-ordni tat-tberik kif jixtieq hu. » Min jixtieq jista’ jagħti offerta tat-tberik u jpoġġiha f’envelope. Il-flus miġbura jmorru għallbżonnijiet tal-Knisja u l-ħtiġijiet tal-Parroċċa. » Grazzi ħafna li tagħtuna ċans nidħlu fil-familji tagħkom.