Sliem u Ħajja - Awwissu 2019

Page 1

»

Sliem u ħajja Parroċċa San Sebastjan Ħal Qormi Awwissu 2019

B’SAQAJHA MAL-ART, IMMA B’ĦARSITHA LEJN IS-SEMA! Awwissu ma jistax ma jfakkarniex fil-festa tat-Tlugħ fis-Sema tal-Verġni Marija. Żgur li dan iż-żmien inkunu qegħdin inħarsu lejh bil-quddiem, b’mod speċjali għax ifisser xi ftit tal-mistrieħ mix-xogħol u aktar ħin mal-familja. Biss għalina l-insara din il-festa għandha sinifikat speċjali ħafna. Għalina, t-tlugħ fis-sema tal-Madonna jfakkarna fil-qagħda tagħna f’din id-dinja, filwaqt li aħna saqajna mal-art, il-ħarsa tagħna trid tkun lejn is-sema. Spiss nisimgħu: ‘Ħadd m’hu għal hawn!’ Aħna f’din id-dinja pellegrini, konxji li f’ħajjtina qegħdin fi vjaġġ kontinwu li d-destinazzjoni tiegħu ma tieqafx hawn, imma msejjħin li naslu l-Ġenna. Santa Marija, Ommna fil-fidi, tgħallimna din ir-realtà. Filwaqt li Marija kienet tgħożż il-ħajja tagħha f’din id-dinja, biss hi għażlet li tilqa’ l-Kelma tal-Mulej u twettaqha. L-‘Hawn jien!’ li tenniet lill-Arkanġlu Gabriel meta laqgħet is-sejħa tagħha biex tkun Omm Ġesù, kienet il-programm ta’ ħajjitha. L-eżempju ta’ Santa Marija jġegħlna nirriflettu ħafna fuq ħajjitna u fuq kemm aħna qegħdin nagħtu importanza lill-fidi tagħna. Xi drabi ninqabdu f’aljenazzjoni u tant kemm nintilfu fil-ħwejjeġ ta’ din id-dinja li ninsew li ħarsitna trid tkun lejn Alla l-Missier. Dan ma jfissirx li aħna msejjħin li ngħixu maqtugħin minn din id-dinja, anzi pjuttost bilmaqlub. Fir-relazzjonijiet tagħna ma’ tal-familja, fil-postijiet tax-xogħol u tal-iskola, u f’tant attivitajiet

oħra li jkun hemm f’ħajjitna, aħna msejħa sabiex dejjem infittxu kif ħajjitna tkun ta’ glorja lil Alla. Dan jibda b’affarijiet żgħar ħafna, bħal forsi tbissima, b’kelma ta’ ġid jew forsi b’mument fejn nisimgħu lil xi ħadd. Pass pass, waqt li aħna nivvjaġġaw f’din id-dinja nindunaw dejjem aktar kemm ħajjitna verament tagħmel sens jekk inkunu saqajna mal-art, imma b’ħarsitna lejn is-sema. Għalhekk induru lejk Marija, u filwaqt li nirringrazzjawk tal-eżempju tiegħek nitolbuk sabiex tkompli tkun mudell f’ħajjitna, sabiex meta jasal il-waqt li l-vjaġġ tagħna f’din id-dinja jintemm, ħarsitna tkun iffisitha totalment fuq il-Missier. Rev. Osmar Baldacchino DJAKNU

ĦINIJIET

TAL-UFFIĊĊJU PARROKKJALI

It-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa: Filgħodu: Mid-9.00am sal-10.30am Filgħaxija: Mill-5.00pm sas-7.00pm. IT-TLIETA U L-ĦAMIS L-UFFIĊĊJU PARROKKJALI JKUN MAGĦLUQ.



Nifirħu u nawguraw lil 72 tifel u tifla mill-Parroċċa tagħna li nhar il-Ħadd 16 ta’ Ġunju, irċevew l-Ewwel Tqarbina tagħhom. Nitolbu għalihom biex jibqgħu dejjem viċin Ġesù fil-ħajja tagħhom. Nieħdu l-okkażjoni biex nirringrazzjaw lill-katekisti u l-membri talMUSEUM li ħadu ħsieb iħejju lil dawn it-tfal biex jersqu għal dan is-Sagrament.


PROGRAMM GĦAX‑XAHAR TA’ AWWISSU Il-Ħamis 1:

Fis-7.30pm laqgħa tal-Grupp Familji Nsara fiċ-Ċentru Parrokkjali.

Il-Ġimgħa 2: L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar. Nersqu għall-Qrar u nieħdu sehem fil-Quddiesa. Fis-7.15pm laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali. Il-Ħadd 4:

L-Ewwel Ħadd tax-xahar – Ġabra Speċjali. Fil-11.00am: Quddiesa fil-Knisja animata mill-Grupp taż-Żgħażagħ tal- Parroċċa IMPACT.

It-Tlieta 6:

Festa tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej

Il-Ħamis 15: Festa ta’ Santa Marija – Il-Quddies fil-Parroċċa jkun bħal kull nhar ta’ Ħadd. FESTA TA’ SANTA MARIJA L-Erbgħa 14: Quddiesa fis-6.30pm Il-Ħamis 15: Il-Quddies fil-Parroċċa jkun bħal kull nhar ta’ Ħadd


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.