Avviżi 14 ta' Jannar 2018

Page 1

Avviżi Tal-Kommunità Parroċċa San Sebastjan

ĦAL QORMI - MALTA

2 Ħadd Sena B

14 ta’ Jannar 2018

____________________________________________________________________________________ 

Nhar l-Erbgħa 17 ta’ Jannar fid-9.15am, il-Ladies’ Circle ser jorganizzaw Quddiesa fil-Knisja żŻgħira u wara issir attività soċjali. Biljetti mill-kumitat tal-Ladies’ Circle.

Nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Jannar niċċelebraw il-Festa tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali. Fis6.15pm issir it-Translazzjoni tar-Relikwa għal fuq l-artal maġġur u fis-6.30pm ikollna Quddiesa Konċelebrata li fiha issir il-priedka minn Dun James Saydon, li għal xi żmien kien jagħti servizz f’din il-Parroċċa.

Nhar is-Sibt 20 ta’ Jannar niċċelebraw il-Festa Liturġika ta’ San Sebastjan. Il-Quddiesa Solenni talFesta ser tkun dik tal-5.15pm. Issir konċelebrazzjoni bil-priedka minn Patri Martin Coleiro, Gwardjan tal-Patrijiet Franġiskani tar-Rabat. Il-Quddiesa tas-6.30pm ma ssirx, imma ssir dik tat7.45pm. Dawn iż-żewġ okkażjonijiet huma mportanti ħafna għall-ħajja tal-parroċċa tagħna. Huma okkażjonijiet fejn ninġabru flimkien bħala l-familja nisranija ta’ din il-parroċċa. Għalhekk għandna nattendu bi ħġarna għalihom.

Bejn nhar il-Ħamis 18 ta’ Jannar u l-Hamis 25 ta’ Jannar niċċelebraw il-Ġimgħa ta’ Talb għallGħaqda fost l-Insara. Importanti ħafna li minn issa u f’dawn il-ġranet nitolbu għall-għaqda talinsara. Nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Jannar ser isir Servizz Ekumeniku fil-Bażilika ta’ Marija Bambina, lIsla, li jibda fis-6.30pm. Kulħadd huwa mistieden jattendi.

Nhar il-Ħadd li ġej, 21 ta’ Jannar, fil-5.00pm ikollna l-Adorazzjoni tal-Ħniena Divina.

It-Tnejn 22 ta’ Jannar fl-10.00am ser issir siegħa adorazzjoni fil-kripta mmexxija mis-superjur Joe Fenech. Kulħadd huwa mistieden.

Paċi u barka Fr Joseph Buhagiar Kappillan

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.