Avviżi - 29 ta' Ottubru 2017

Page 1

Avviżi Tal-Kommunità Parroċċa San Sebastjan

ĦAL QORMI - MALTA

30 Ħadd A

29 ta’ Ottubru 2017

____________________________________________________________________________________ 

Il-ġimgħa ġie mniedi b’mod uffiċċjali l-proġett tal-manutenzjoni tal-koppla. Wara li għaddew 37 sena, wasal iż-żmien li l-koppla tiġi miżbugħa minn barra, biex tiġi protetta mill-elementi tannatura. Huwa proġett li jiswa spiża kbira: stima preliminari hija ta’ madwar €400,000 (tista’ tkun inqas, tista’ tkun aktar). Ser tiġi studjata l-possibiltà ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea għal dan ixxogħol. Jibqa’ l-fatt li parti sewwa mill-fondi jridu jitħallsu mill-parroċċa. Għalhekk għandna bżonn tal-għajnuna u l-koperazzjoni tal-parruċċani kollha. Mhux qed nippretendu ammonti kbar mingħand kull individwu. Biss jekk fil-ġabra tal-quddiesa tal-Ħadd, flok 20c wieħed jitfa’ 50c, jew flok 50c jitfa €1.00, dik tagħmel differenza kbira ħafna għalina, u tagħmlilna kuraġġ biex nidħlu għal dan il-proġett.

Illejla u għada filgħodu iċ-Ċentru Parrokkjali ser ikun miftuħ għal min jixtieq iżuru u jara lattivitajiet u l-ħidma li ssir fih. Taraw wirja ta’ tliet artisti minn Ħal Qormi, kif ukoll wirja ta’ crafts maħduma fiċ-Ċentru. Illejla jkun miftuħ mis-6.00pm ‘l quddiem u aktar tard tibda serata ta’ varjetà minn diversi kantanti. Għada ċ-Ċentru jiftaħ mill-10.00am ‘l quddiem u jkun hemm ikla f’nofs innhar. Min iżur iċ-Ċentru f’dawn il-jumejn jista’ jidħol biċ-ċans li jirbaħ weekend break ġewwa Alexandra Hotel, San Ġiljan.

Matul din il-ġimgħa wkoll il-Knisja ż-Żgħira ser tkun magħluqa biex isir fiha xogħol fuq ilpaviment tal-irħam. F’dawn il-ġranet, is-Sagrament ikun fil-Kripta, mid-9.00am sa nofs in-nhar u mill-4.00pm sa s-6.00pm.

Nhar l-Erbgħa niċċelebraw is-solennità tal-qaddisin kollha, waqt li l-Ħamis it-tifkira ta’ ħutna lmejtin. Il-quddiesa ta’ filgħaxija tal-Ġimgħa tkun b’suffraġju għall-membri tal-parroċċa li mietu f’dawn l-aħħar 12-il xahar. Qraba u ħbieb mistiedna jattendu u jekk għadhom ma ġabux is-santa tal-għeżież tagħhom għal-bord li nagħmlu apposta jistgħu iġibuha mill-aktar fis.

Wasal il-fuljett Flimkien ta’ Novembru. Distributuri jistgħu jiġbruħ mill-Uffiċċju Parrokkjali.

Paċi u barka Fr Joseph Buhagiar Kappillan

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.