Knisja Arċipretali San Sebastjan Ħal Qormi
Avviżi Tal-Kommunità
It-33 Ħadd ta’ Matul is-Sena
11 ta’ Novembru 2021
____________________________________________________________________________________
Għada/llum 78 adoloxxent mill-Parroċċa tagħna ser jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof. Fl-10.00am ssir l-Griżma lill-adoloxxenti subien filwaqt li fl-4.30pm ssir lill-adoloxxenti bniet. Minħabba din l-okażżjoni l-Quddiesa tad-9.30am, tal-11.00am u tas-6.00pm, jsiru fil-Kripta tal-Knisja.
Infakkru li matul ix-xahar ta’ Novembru, kull nhar ta’ Tnejn, fl-10.00am, ikun hemm Quddiesa fiċ-Ċimiterju.
Nhar it-Tnejn fis-7.30pm, ser issir il-laqgħa tal-Kummissjoni Liturġija fid-Dar Parrokkjali.
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa, ser ikollna fil-Parroċċa tagħna l-Ġimgħa Familja. F’din il-ġimgħa ser ikollna tlett laqgħat utli għall-koppji, ġenituri, nanniet u għarajjes fuq temi attwali marburin mal-ħajja tal-familja. Dawn il-laqgħat, ser ikunu nhar it-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ħamis mis-6.30pm sas-7.15pm u jsiru fil-Knisja minn kelliema intiżi fis-suġġett. Aktar dettalji ssibuhom fin-noticebaords tal-Knisja u minn fuq il-paġna tal-facebook tal-Parroċċa. Inħeġġu lilll-familji sabiex jattendu.
Bħala parti mill-Ġimgħa Familja, nhar it-Tlieta ser norganizzaw laqgħa għat-tfal kollha tal-Parroċċa minn Grade 1 sa Grade 6, fil-5.00pm, fil-Knisja Parrokkjali. Inħeġġu lit-tfal sabiex jattendu.
Il-Ġimgħa, mis-6.30pm sas-7.00pm ser ikollna l-Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija u ser tkun animata mill-Kummissjoni Familja. Ilkoll mistiedna biex nieħdu sehem.
Nhar il-Ġimgħa, ser norganizzaw ikla għall-irġiel f’ta’ Ċanti, Ħaż-Żebbuġ. Nibdew b’Quddiesa fis-6.00pm fil-Knisja u fis-7.00pm ikollna transport għall-ikla minn ħdejn iz-zuntier. Il-booking ssir fl-Uffiċċju Parrokkjali u fis-sagristija sa nhar il-Ħamis.
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 21 48 63 5 0
•
E-M AI L: i nf o @q or m i sb p ari s h . org
Nhar il-Ħadd mid-9.00am sa 12.00pm, fil-Kripta tal-Knisja ser isir seminar għal dawk l-għarajjes li ser jiżżewwġu s-sena dieħla.
Nhar il-Ħadd niċċelebraw il-festa ta’ Kristu Re. Fil-5.00pm Mons Arċisqof ser imexxi ċ-ċelebrazzjoni tat-Tieni Għasar, fil-Bażilka ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid.
Il-Ġabra Speċjali li kellna l-weekend li għada għall-proġett tat-tiswija u l-manutenzjoni tal-Koppla tal-Knisja kienet ta’ €1,933. Nirringrazzjaw wkoll lil diversi benefatturi li matul din il-ġimgħa offrew b’€900 f’donazzjoniet b’risq ukoll ix-xogħol tal-Koppla tal-Knisja. Grazzi ħafna mill-qalb ta’ din il-ġenerożità sabiħa tagħkom.
It-Tnejn 22 ta’ Novembru, mid-9.00am sal-10.00am, s-Superjur Joe Fenech imexxi l-Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija fil-Knisja.
Nhar il-Ħadd 28 ta’ Novembru bejn it-8.30am u 1.00pm, ser ikollna l-Mobile Blood Donation Unit, ħdejn il-Knisja Parrokkjali, biex wieħed ikun jistà jagħti d-demm. Inħeġġu lil dawk kollha li jistgħu jagħtu d-demm, biex ma jibqgħux lura milli jagħmlu dan il-ġest sabiħ ta’ mħabba.
Fit-talb tagħna nitolbu għal Judith Cardona li mietet fil-Parroċċa tagħna matul din il-ġimgħa. Nitolbu għaliha u għall-mejtin kollha. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…
Nitollbu flimkien it-talba, li bħala Parroċċa, għażilna biex nitolbu matul din is-sena: "Mulej, għand min immorru? Inti għandek il-kliem tal-ħajja ta’ dejjem." Ġw 6,68
Paċi u barka Fr. Eucharist Zammit Arċipriet
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 14 8 63 5 0
•
E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 14 8 63 5 0
•
E-M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 14 8 63 5 0
•
E-M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg