Avviżi 12 ta' Diċembru 2021

Page 1

Knisja Arċipretali San Sebastjan Ħal Qormi

Avviżi Tal-Kommunità

It-Tielet Ħadd ta’ l-Avvent

12 ta’ Diċembru 2021

____________________________________________________________________________________ 

Nhar it-Tnejn, mis-6.30pm sas-7.00pm ser ikollna n-Nofs Siegħa mal-Kelma, fejn fiha ser nirriflettu fuq l-Evanġelju tar-Rabà Ħadd tal-Avvent. Imexxi il-Lectio Divina Patri Martin Micallef, Kappuċin. Ilkoll mħeġġa biex nattendu.

Nhar it-Tlieta, l-Parroċċa ser torganizza l-Kunċert tal-Milied, fis-6.30pm. F’dan il-Kunċert ser jiġi inawgurat presepju ġdid għall-Knisja, maħdum b’mod voluntarju minn Alex Powell, bil-għajnuna wkoll tal-Grupp tal-Armar. Kulħadd huwa mistieden biex jattendi għal dan il-kunċert. Fih ser jingħataw iċ-ċertifikati ta’ dawk li ħadu sehem fil-kors tal-presepju organiizat mis-Sodalità ta’ San Sebastjan.

Waħda mill-innizjattivi tal-Avvent li qed nieħdu bħalha Parroċċa hija li ngħinu lil Dar St. Patrick’s f’tas-Sliema. Nirringrazzjaw lil dawk kollha, li kienu ħafna, li diġa għaddew ir-rigal tagħhom lil dawn it-tfal u żgħażagħ, infakkru li dan nistgħu nagħmluh sa nhar il-Ġimgħa li ġej. Wieħed jistà jħalli dan ir-rigal jew fis-sagristija jew fl-Uffiċċju Parrokkjali. Peress li kien ħafna dawk li talbuna envelope biex jagħtu r-rigal huma wkoll, taħt il-girlanda fadal xi ftit envelopes biex wieħed ikun jistà jagħmel dan, ħalli f’dan il-Milied, aħna nkunu sinjal ta’ ferħ u mħabba lejn dawn ħutna.

Nhar l-Erbgħa, tibda n-novena tal-Milied, jiġifieri disà t’ijiem ta’ tħejjija għall-festa ta’ Ġesù Bambin. F’dawn il-jiem, l-Quddiesa ta’ filgħaxija tkun bis-sehem ta’ diversi gruppi u għaqdiet tal-Parroċċa, fejn wara l-Quddiesa quddiem Ġesù Ewkaristija nagħmlu n-novena tal-Milied u nagħlqu bil-Barka Sagramentali. Inħeġġu lil kulħadd biex nattendu bi ħġarna għan-novena ta’ Ġesù Bambin. Il-programm tan-novena u tal-Milied, tqassam f’kull dar. Min ma għandux, jistà jieħu wieħed mis-sagristija.

Nhar l-Erbgħa, l-Quddiesa tal-ewwel jum tan-novena ser ikun bis-sehem tal-Għaqdiet tal-festa u l-Quddiesa ser tkun animata mis-Soċjeta Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan. Il-Ħamis, it-tieni jum tan-novena ser ikun bis-sehem tal-letturi u tal-Minsitri Straordinarji tat-Tqarbin. Il-Ġimgħa,

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 21 48 6 35 0

E-M AI L: i nf o @q or m i sb p ari s h . org


l-Quddiesa tas-6.00pm tan-novena ser tkun bis-sehem tal-abbatini u l-familji tagħhom, filwaqt li s-Sibt, l-Quddiesa tas-6.00pm ser tkun bis-sehem tal-fratelli tal-Parroċċa tagħna u l-familji tagħhom. 

Nhar il-Ħadd 19 ta’ Diċembru, l-Quddiesa tad-9.30am tkun bis-sehem tat-tfal u l-familji tagħhom u l-Katekisti. Dakinhar it-tfal huma mistiedna biex iġibu magħhom il-Bambin jew il-presepju, biex fi tmiem tal-Quddiesa, jsir it-tberik tagħhom. Il-Quddiesa tas-6.00pm dakinhar tkun bis-sehem tat-tfal u l-adolexxenti li jattendu l-MUSEUM tal-Bniet ta’ St. Edward’s.

Nhar it-Tnejn 20 ta’ Diċembru, mid-9.00am sal-10.00am, is-Superjur Joe Fenech imexxi l-Adorazzjoni fil-Knisja. Kulħadd mistieden.

Bi tħejjija għall-Milied, navżaw li nhar il-Ħamis 23 ta’ Diċembru, ser ikollna diversi saċerdoti għall-Qrar fil-Knisja, mill-5.00pm sas-7.30pm. Ejjew nersqu lkoll għal dan is-Sagrament tal-Ħniena, biex tassew niċċelebraw Milied, f’għaqda sħiħa ma’ Ġesu.

Il-programm ta’ Lejliet il-Milied fil-Parroċċa tagħna, issibuħ fil-programm li tqassam fid-djar, għalhekk nfakkru li dakinhar ser ikollna Quddiesa fl-4.30pm u fis-6.00pm. Fis-7.15pm flimkien mal-membri tal-MUSEUM u l-Katekisti, ser nagħmlu Quddiesa speċjali bis-sehem tat-tfal u l-familji tagħhom. B’dan il-mument ser nfakkru bħalha Parroċċa l-100 sena mill-ewwel purċissjoni tal-Bambin li saret f’Malta fin-1921 mill-Qaddis Malti San Ġorġ Preca. Inħeġġu għalhekk lit-tfal u l-familji biex jattendu.

Fil-Lejl tal-Milied, il-Knisja tiftaħ fl-10.15pm, fejn fil-11.00am tibda l-Velja tal-Milied, bis-sehem tal-Kor taż-Żgħażagħ, l-MUSEUM tal-Bniet ta’ St. Edward’s u l-Grupp taż-Żgħażagħ IMPACT li dak ser itellgħa id-dramm tal-Milied fil-Knisja. Issir l-priedka tat-tifel u f’12.00AM tibda l-Quddiesa tal-lejl tal-Milied. Inħeġġu lil kulħadd biex fil-Lejl tal-Milied ninġabru lkoll fil-Knisja, biex flimkien niċċelebraw dan il-lejl għażiż tat-twelid ta’ Ġesù Bambin.

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


Il-ġabra speċjali li saret fil-weekend li għadda b’ risq il-proġett tal-Koppla kienet ta’ €1,381. Grazzi mill-qalb. Navżaw ukoll li sa issa l-ġbir tal-envelopes b’risq il-proġett tal-Koppla laħaq is-somma sabiħa ta’ €4,695. Min għandu ma ġabx l-envelope bl-offerta tiegħu, napprezzaw li ġġibuħ magħkom il-Knisja u tqegħduh fil-kaxxa apposta ta’ ħdejn l-istatwa tal-Madonna. Grazzi dejjem tal-ġenerożità u l-koperazzjoni tagħkom. Napprezzaw ħafna.

Il-Grupp tal-Fratelli tal-Parroċċa tagħna, ser jorganizza ikla tal-Milied, nhar is-Sibt li ġej, fit-8.00pm, f’Montekristo. Aktar dettalji mingħand il-fratelli jew minn fuq il-paġna tal-facebook.

Inħeġġu lil kulħadd, biex nkunu responsabbli dejjem u kullimkien, billi nilbsu l-maskra tajjeb, b’rispett lejna nfusna u lejn dawk ta’ madwarna.

Fit-talb tagħna nitolbu għal Nazzarena Felice u Mary Rose Gatt li mietu fil-Parroċċa tagħna matul din il-ġimgħa. Nitolbu għalihom u għall-mejtin kollha. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…

Nitollbu flimkien it-talba, li bħala Parroċċa, għażilna biex nitolbu matul din is-sena: "Mulej, għand min immorru? Inti għandek il-kliem tal-ħajja ta’ dejjem." Ġw 6,68

Paċi u barka Fr. Eucharist Zammit Arċipriet

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.