Knisja Arċipretali San Sebastjan Ħal Qormi
Avviżi Tal-Kommunità
Is-Sitt Ħadd tas-Sena
13 ta’ Frar 2022
____________________________________________________________________________________
Infakkru li kull nhar ta’ Tnejn bejn id-9.15am u l-10.00am issir l-laqgħa għal anzjani fil-Kripta tal-Knisja.
Nhar it-Tnejn/Għada ikollna n-Nofs Siegħa mal-Kelma bi tħejjija għall-Evanġelju tal-Ħadd. Din issir fil-Knisja bejn is-6.30pm u 7.00pm u għaliha kulħadd mistieden biex jattendi.
Nhar l-Erbgħa fis-7.30pm issir il-laqgħa tal-Grupp Familji Nsara fiċ-Ċentru Parrokkjali. Dawk il-koppji li jixtiequ jattednu għal dawn il-laqgħat li jsiru kull tielet Erbgħa ta’ kull xahar jistgħu jagħmlu dan billi jkellmu lill-Arċipriet.
Nhar il-Ġimgħa bejn is-6.30pm u s-7.00pm ikoll mħeġġa biex nieħdu sehem flimkien fl-Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija li ser tkun immexxija mill-Grupp tal-Ħniena Divina.
Infakkru li kull nhar ta’ Ġimgħa fit-8.00pm, fiċ-Ċentru jiltaqà l-Grupp taż-Żgħażagħ IMPACT. Dan il-grupp huwa miftuħ għal żgħażagħ minn tletax –il sena ‘l fuq.
Is-Sibt li ġej il-Quddiesa tas-6.00pm ser tkun bis-sehem tal-fratelli tal-Parroċċa tagħna.
It-Tnejn 21 ta’ Frar mid-9.00am sal-10.00am, s-Superjur Joe Fenech imexxi l-Adorazzjoni fil-Knisja quddiem Ġesù Ewkaristija. Kulħadd mistieden.
Navżaw li mit-Tnejn 21 ta’ Frar il-katekiżmu fiċ-Ċentru Parrokkjali ser jerġa jibda jkun darbtejn fil-ġimgħa. Darba jkun onlajn u darba oħra jsir fiċ-Ċentru. Aktar dettalji ser tirċevuhom b’email matul din il-ġimgħa u minn fuq in-noticeboards tal-knisja.
Il-Ħamis 24 ta’ Frar, fis-6.45pm, fil-Knisja, ssir l-ewwel laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina din is-sena. Il-ġenituri huma mħeġġa li jattendu.
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 21 48 6 35 0
•
E-M AI L: i nf o @q or m i sb p ari s h . org
Is-Sodalità għandha għall-bejgħ pavaljuni marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa u l-Għid il-Kbir. Dawk interessati jistgħu jkellmu lil xi wieħed mill-fratelli tal-Parroċċa.
Infakkru biex fil-Knisja nieħdu ħsieb li l-maskra tintlibes tajjeb, b’rispett lejna nfusna u b’responsabiltà lejn xulxin.
Il-ġabra speċjali li saret il-weekend li għadda fil-Parroċċa b’risq il-proġett tal-koppla tal-Knisja kienet ta’ €1,711. Nirringrazzjaw ukoll lil diversi benefatturi li matul din il-ġimgħa offrew €770 f’donazzjoniet b’risq il-proġett tal-Koppla tal-Knisja. Grazzi Ħafna lil kulħadd.
Nitollbu flimkien it-talba, li bħala Parroċċa, għażilna biex nitolbu matul din is-sena: "Tkellem, Mulej, għax il-qaddej tiegħek qiegħed jisma’." 1 Samwel 3, 9
Paċi u barka Fr. Eucharist Zammit Arċipriet
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 14 8 63 5 0
•
E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 14 8 63 5 0
•
E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 14 8 63 5 0
•
E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg