Avviżi 16 ta' Jannar 2022

Page 1

Knisja Arċipretali San Sebastjan Ħal Qormi

Avviżi Tal-Kommunità

It-Tieni Ħadd tas-Sena

16 ta’ Jannar 2022

____________________________________________________________________________________ 

Nhar it-Tnejn/Għada, is-Superjur Joe Fenech imexxi l-Adorazzjoni Ewkaristika fil-Knisja mid-9.00am sal-10.00am. Kulħadd huwa mistieden.

Fl-okkażjoni tal-festa liturġika ta’ San Sebastjan, nhar it-Tnejn/Għada ser issir Quddiesa għat-tfal kollha tal-Parroċċa u l-familji tagħhom flimkien mal-katekisti. Din tkun fis-6.00pm, fil-Knisja. Fi tmien tal-Quddiesa tingħata tifkira lit-tfal preżenti.

Nhar it-Tlieta fis-6.00pm, l-Kummissjoni Djakonija ser torganizza Quddiesa b’suffraġju għal dawk ħutna mill-parroċċa tagħna li mietu bejn Settembru u Diċembru li għadda. Il-familjari huma mħeġġa li jattendu.

L-Erbgħa, niċċelebraw is-36 anniversarju mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja u lejliet il-festa liturġika ta’ San Sebastjan. Fis-6.00pm issir t-Tranżulazzjoni tar-Relikwa minn ħdejn l-istatwa titulari u wara Quddiesa kantata tal-anniversarju mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja fejn fiha ser issir il-vestizzjoni ta’ erbà abbatini ġodda. F’din il-Quddiesa jieħdu sehem il-fratelli tal-Parroċċa, flimkien mal-abbatini u l-familji tagħhom.

Il-Ħamis 20 ta’ Jannar niċċelebraw il-festa liturġika tal-Patrun tagħna San Sebastjan Martri. Il-Quddies filgħodu fil-Parroċċa jkun fis-6.30am, 7.30am u 8.30am. Fid-9.30am ser ikollna Quddiesa oħra animata mill-Grupp tal-Ladies Circle u l-Quddiesa tas-6.00pm tkun il-Quddiesa tal-festa u ser tkun immexxija minn Dun Bastjan Caruana, l-Arċipriet tal-Mosta li din is-sena qed jiċċelebra l-25 sena mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu. Ilkoll mħeġġa li nattendu.

Inħeġġu lil kulħadd sabiex f’dawn il-ġranet għeżież tal-festa, jitilgħu l-bnadar fuq il-bjut, jinxtgħelu d-dwal mal-bjut u l-galleriji tagħna u tkun armata x-xbieha ta’ San San Sebastjan sabiex nuru l-għożża li għandna lejn il-patrun tagħna.

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 21 48 6 35 0

E-M AI L: i nf o @q or m i sb p ari s h . org


Nhar il-Ġimgħa mis-6.30pm sas-7.00pm lkoll imħeġġa biex nieħdu sehem flimkien fl-Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija li ser tkun immexxija mil-Grupp tal-Ħniena Divina.

Nhar is-Sibt, is-seminarista Malcolm Saliba, ser jingħata l-Ministeru tal-Lettorat fil-mixja tiegħu lejn is-Saċerdozju. Dan ser issir waqt Quddiesa fis-6.00pm immexxija minn Mons. Arċisqof fil-Katidral tal-Imdina. Filwaqt li nżommu lis-seminarista fit-talb tagħna, nitolbu wkoll għal aktar vokazzjoniet saċerdotali u reliġjużi mill-Parroċċa tagħna.

Bħal kull sena mit-Tlieta 18 sat-Tlieta 25 ta’ Jannar ikollna l-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost il-Knejjes Nsara. F’din il-Ġimgħa nitolbu sabiex ma ddumx ma seħħ ix-xewqa ta’ Ġesù li dawk kollha li jemmnu jkunu lkoll merħla waħda taħt Ragħaj wieħed.

It-Tnejn 24 ta’ Jannar fl-4.00pm ssir il-laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani, fil-Knisja ż-Żgħira. Din tibda bit-talba tar-Rużarju u wara tkompli b’laqgħa formattiva minn Patri Ivan Sciclina O.Carm.

Dun Osmar Baldacchino, ġie mitlub minn Mons. Arċisqof sabiex jibda jaqdi l-ministeru tiegħu bħala saċerdot bħalha Viċi Kappillan fil-Parroċċa tal-Ibraġġ. Dan ifisser li huwa ser itemm il-ħidma tiegħu fil-Parroċċa tagħna. Filwaqt li nawgurawlu u nitolbu għalih, nirringrazzjawh minn qalbna għas-servizz kollu li ta’ fil-parroċċa tagħna b’ħafna mħabba u ġenerożita għal dawn l-aħħar kważi tlett snin. Huwa ser jiċċellebra Quddiesa ta’ Radd il-ħajr lil Alla nhar il-Ħadd 23 ta’ Jannar, fis-6.00pm li għaliha kulħadd huwa mistieden.

Nirringrazzjaw lil diversi benefatturi li matul din il-ġimgħa offrew €520 f’ donazzjoniet b’ risq ilproġett tal-Koppla tal-Knisja. Grazzi Ħafna lil kulħadd.

Nitollbu flimkien it-talba, li bħala Parroċċa, għażilna biex nitolbu matul din is-sena: "Tkellem, Mulej, għax il-qaddej tiegħek qiegħed jisma’." 1 Samwel 3, 9

Paċi u barka Fr. Eucharist Zammit Arċipriet TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.