Avviżi 19 ta' Jannar 2020

Page 1

Avviżi Tal­Kommunità

Parroċċa San Sebastjan

ĦAL QORMI ­ MALTA

Il­Konsagrazzjoni tal­Knisja 

19 ta’ Jannar 2020

Fl­okkażjoni tal­festa liturġika ta’ San Sebastjan, għada/llum fid­9.30am ikollna Quddiesa fil­Knisja għat­tfal u l­familji tagħhom u wara purċissjoni qasira bl­istatwa ż­żgħira ta’ San Bastjan li tintemm fuq iz­zuntier tal­Knisja ż­Żgħira, bis­sehem tal­Banda San Sebastjan. Fis­6.00pm Transalazzjoni tar­relikwa ta’ San Sebastjan bis­sehem tal­fratelli u wara Quddiesa tal­34 anniversarju mill­Konsagrazzjoni tal­Knisja. Imexxi: Dun Sergio Fenech.

Nhar it­Tnejn/Għada, Jum il­festa liturġika, bejn l­10.00am u l­11.00am fil­Knisja Arċipretali ssir. l­Adorazzjoni animata mis­Superjur Joe Fenech u fis­6.30pm Quddiesa solenni tal­festa, mmexija mill­Isqof Awżiljarju Mons Joe Galea Curmi. Kulħadd huwa mħeġġeġ biex f’dan il­jum għażiż, nieħdu sehem bi ħġarna għal din il­Quddiesa tal­festa. Navżaw li t­Tnejn wara nofsinhar, l­Uffiċċju Parrokkjali, jkun magħluq.

It­Tlieta, fl­4.30pm, ikollna l­Kummissjoni Kateketika u fis­7.15pm, l­Kummissjoni Familja fid­Dar Parrokkjali.

Il­Ħamis, fis­6.00pm, ikollna Quddiesa fil­Knisja, għal dawk li mietu fil­Parroċċa tagħna, minn Settembru sa Diċembru li għadda. Din tkun organizzata mill­Kummissjoni Djakonija. Il­familjari ta’ dawn ħutna huma mħeġġa li jattendu.

Il­Ġimgħa, l­Quddiesa tas­6.00pm issir fil­Knisja ż­Żgħira, biex wara bejn is­6.30pm u 7.00pm ikollna nofs siegħa adorazzjoni flimkien quddiem Ġesù Ewkaristija. L­adorazzjoni ta’ nhar il­Ġimgħa, ser titmexxa mill­Kummissjoni Familja.

Bejn it­18 u l­25 ta’ Jannar, il­Knisja, tiċċellebra l­Ġimgħa ta’ Talb, għall­Għaqda fost il­Knejjes Insara. F’dawn il­jiem, aħna mħeġġa biex nitolbu, biex fuq xewqa ta’ Ġesù, nkunu merħla waħda taħt ragħaj wieħed.

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 1 4 8 6 3 5 0

E-M A IL: i n fo @ q o rm i sb p a ri sh . o rg


It­Tnejn 27 ta’ Jannar, fl­4.00pm, ssir il­laqgħa tat­Terzjarji Karmelitani. Din tibda fl­4.00pm bir­Rużarju, fil­Knisja ż­Żgħira u wara tkompli b’laqgħa formattiva minn Patri Ivan Scicluna. O. Carm.

Nitolbu flimkien it­talba ta’ San Ġorġ Preca li bħala Parroċċa għażilna għal din is­sena: Sinjur Alla, fittixni biex nadurak.

Fit­talb tagħna niftakru f’Fawstina Portelli, Erika Cassar u Emanuela Fsadni li mietu fil­Parroċċa tagħna, matul din il­ġimgħa. Nitolbu għalihom u għall­mejtin kollha. Agħtihom O Mulej, il­ mistr ieħ ta’ dejjem….

Paċi u barka Fr. Eucharist Zammit Arċipriet


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.