Knisja Arċipretali San Sebastjan Ħal Qormi
Avviżi Tal-Kommunità
Ir-Raba` Ħadd ta’ l-Avvent
19 ta’ Diċembru 2021
____________________________________________________________________________________
Għada/llum, il-Quddiesa tad-9.30am tkun bis-sehem tat-tfal, l-familji tagħhom u l-Katekisti. It-tfal huma mistiedna biex iġibu il-Bambin jew il-presepju, biex fi tmiem tal-Quddiesa, jsir it-tberik tagħhom. Il-Quddiesa tas-6.00pm tkun bis-sehem tat-tfal u l-adolexxenti li jattendu l-MUSEUM tal-Bniet ta’ St. Edward’s.
Nhar it-Tnejn/Għada mid-9.00am sal-10.00am, is-Superjur Joe Fenech imexxi l-Adorazzjoni fil-Knisja. Kulħadd huwa mistieden.
Ninsabu fin-novena tal-Milied bi tħejjija għall-festa ta’ Ġesù Bambin. F’dawn il-jiem, il-Quddiesa ta’ filgħaxija tkun dejjem bis-sehem ta’ diversi gruppi u għaqdiet tal-Parroċċa, fejn wara l-Quddiesa quddiem Ġesù Ewkaristija nagħmlu n-novena u nirċievu l-Barka Sagramentali. Għahekk nhar it-Tnejn/għada l-Quddiesa tas-6.00pm tan-Novena tkun bis-sehem tal-Grupp tal-Ħniena Divina, t-Tlieta bis-sehem tal-Grupp taż-Żgħażagħ IMPACT, l-Erbgħa bis-sehem tal-Grupp Familji Nsara u l-Ħamis bis-sehem tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali.
Infakkru li bi tħejjija għall-Milied, nhar il-Ħamis, ser ikollna diversi saċerdoti għall-Qrar fil-Knisja, mill-5.00pm sas-7.30pm. Ejjew nersqu lkoll għal dan is-Sagrament tal-Ħniena, biex tassew niċċelebraw Milied, f’għaqda sħiħa ma’ Ġesu.
Nhar il-Ġimgħa ikun lejliet il-Milied. Fil-Parroċċa tagħna ikollna Quddiesa fl-4.30pm u fis-6.00pm u fis-7.15pm flimkien mal-membri tal-MUSEUM u l-Katekisti, ser nagħmlu Quddiesa speċjali tal-Milied bis-sehem tat-tfal u l-familji tagħhom. B’dan il-mument ser nfakkru bħalha Parroċċa l-100 sena mill-ewwel purċissjoni tal-Bambin li saret f’Malta fin-1921 mill-Qaddis Malti San Ġorġ Preca. Inħeġġu għalhekk lit-tfal u l-familji tagħhom biex jattendu.
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 21 48 6 35 0
•
E-M AI L: i nf o @q or m i sb p ari s h . org
Fil-Lejl tal-Milied, imbagħad il-Knisja tiftaħ fl-10.15pm, fejn fil-11.00pm tibda l-Velja tal-Milied, bis-sehem tal-Kor taż-Żgħażagħ, l-MUSEUM tal-Bniet ta’ St. Edward’s u l-Grupp taż-Żgħażagħ IMPACT li dakinhar ser itellgħa id-dramm tal-Mlied fil-Knisja. Issir l-priedka tat-tifel u f’12.00AM tibda l-Quddiesa tal-lejl tal-Milied. Inħeġġu lil kulħadd biex fil-Lejl tal-Milied ninġabru lkoll fil-Knisja, biex flimkien niċċelebraw dan il-lejl għażiż tat-twelid ta’ Ġesù Bambin.
Is-Sibt ikun Jum il-Milied, il-Quddiesa fil-Parroċċa jkun bħal nhar ta’ Ħadd u fis-6.00pm ikollna Quddiesa kantata tal-Milied.
Il-Ħadd niċċelebraw il-festa tal-Familja Mqaddsa. Il-Quddiesa tal-11.00am ser tkun animata mill-membri tal-Kummissjoni Familja u għaliha qed nistiednu lil dawk li żżewwġu mill-parroċċa tagħna matul din is-sena u lil dawk li qed jiċċelebraw il-ħames, l-għaxra, il-ħmistax u l-għoxrin sena miżżewwġin.
It-Tnejn 27 ta’ Diċembru fl-4.00pm ssir il-laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani fil-Knisja ż-Żgħira. Din tibda fl-4.00pm bit-talb tar-Rużarju u wara tkompli bi ħsieb spiritwali minn Patri Ivan Sciclina O.Carm.
It-Tlieta 28 ta’ Diċembru, il-Kummissjoni Djakonija tal-Parroċċa ser torganizza Quddiesa tal-Milied għall-Anzjani, fit-3.30pm, fil-Knisja Parrokkjali. Inħeġġu lill-familjari sabiex sakemm ikun possibli jġibu l-anzjani tagħhom għal din il-Quddiesa. Fi tmiem tal-Quddiesa tingħata tifkira lill-anzjani li jattendu.
Navżaw li l-ġbir kollu li ser issir fil-Milied fil-Knisja waqt il-Quddiesa, ser ikun karità b’risq id-Dar tal-Providenza.
Grazzi lil dawk kollha li ħadu sehem fl-innizjattiva tal-Parroċċa għaż-żmien tal-Avvent, billi jinxtara rigal għat-tfal u żgħażagħ ta’ St. Patrick’s tas-Sliema f’dan il-Milied. Il-ġenerożità li ntweriet hija kbira ħafna u din tixhed il-qalb tajba tagħna li taf tħobb lil minn għaddej mit-tbatija. Grazzi mill-qalb!
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 14 8 63 5 0
•
E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg
Infakkru li min għandu ma ġabx l-envelope bl-offerta tiegħu b’risq il-proġett tal-Koppla, tistgħu ġġibuħ magħkom il-Knisja u tqegħduh fil-kaxxa apposta ta’ ħdejn l-istatwa tal-Madonna. Grazzi dejjem tal-ġenerożità u l-koperazzjoni tagħkom.
Nitolbu lil dawk li jqassmu l-Kliem u Ħajja, biex jieħdu l-kopji tagħhom mill-Kripta. Grazzi tas-servizz.
Fit-talb tagħna nitolbu għal Joseph Chetcuti, Evelyn Polidano, Tereża Meli u Oscar Calleja li mietu fil-Parroċċa tagħna matul din il-ġimgħa. Nitolbu għalihom u għall-mejtin kollha. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…
Nitollbu flimkien it-talba, li bħala Parroċċa, għażilna biex nitolbu matul din is-sena: "Mulej, għand min immorru? Inti għandek il-kliem tal-ħajja ta’ dejjem." Ġw 6,68
Paċi u barka Fr. Eucharist Zammit Arċipriet
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 14 8 63 5 0
•
E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 14 8 63 5 0
•
E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 14 8 63 5 0
•
E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 14 8 63 5 0
•
E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 14 8 63 5 0
•
E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 14 8 63 5 0
•
E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg