Knisja Arċipretali San Sebastjan Ħal Qormi
Avviżi Tal-Kommunità
It-Tielet Ħadd tal-Għid
1 ta’ Mejju 2022
____________________________________________________________________________________
Għada/Ilejla, bħalha Parroċċa ningħaqdu ma’ Mons. Vincenz Deguara, li din is-sena qed jiċċelebra is-60 sena mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu, permezz ta’ Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr fis-6.00pm. F’din il-Quddiesa Mons. Arċisqof ser jagħmel l-omelija. Kulħadd huwa mistieden, biex flimkien ma’ Mons Deguara nirringrazzjaw lil Alla għal din il-grazzja u nitolbu wkoll għal aktar vokazzjoniet saċerdotali u reliġjużi mill-Parroċċa tagħna.
It-Tnejn/Għada ikollna, n-Nofs Siegħa mal-Kelma bi tħejjija għall-Evanġelju tal-Ħadd. Din il-Lectio Divina, li se tkun mis-7.00pm sas-7.30pm, se ssir fil-Knisja u lkoll mistiedna nattendu, biex inkunu nistgħu napprezzaw aktar il-Kelma ta’ Alla f’ħajjitna u fl-għażliet li nagħmlu.
Nhar l-Erbgħa fis-7.15pm, issir il-laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali fiċ-Ċentru Parrokkjali.
Nhar il-Ġimgħa, jkun l-ewwel ġimgħa tax-xahar. Ilkoll mistiedna biex nieħdu sehem fil-Quddiesa u nersqu għas-Sagrament tal-Qrar. Għalhekk mis-6.00pm ‘l quddiem ikun hawn Patri Alex Scerri O. Carm disponnibli għall-Qrar. Mis-7.00pm sas-7.30pm, fil-knisja, bħalha Komunità ikollna l-Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija u li din se tkun animata mill-membri tas-Soċjeta` tal-MUSEUM.
Nhar il-Ħadd 8 ta’ Mejju, l-Quddiesa tal-11.00am tkun bis-Sagrament tal-Magħmudija.
Nhar il-Ħadd niċċelebraw il-festa tal-Madonna ta’ Pompei. Fil-5.30pm nitolbu t-talba tar-Rużarju u s-Supplika tal-Madonna quddiem Ġesù Ewkaristija u wara nirċievu l-Barka Sagramentali. Fis-6.00pm ikollna l-Quddiesa tal-Ħadd fejn dakinhar ser ikollna fostna lid-Djaknu l-ġdid mill-Parroċċa tagħna, id-Dumnikan Ian Zammit biex flimkien miegħu inroddu ħajr lil Alla għal dan ir-rigal sabiħ tas-sejħa fejn huwa jagħmel l-omelija tal-Quddiesa.
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 21 48 6 35 0
•
E-M AI L: i nf o @q or m i sb p ari s h . org
Nhar il-Ħadd niċċelebraw Jum l-Omm. Filwaqt li nroddu ħajr lil Alla għar-rigal prezzjuż tal-Ommijiet tagħna, niftakru wkoll fl-Ommijiet mejtin, għalhekk fl-10.00am ssir il-Quddiesa fiċ-Ċimiterju ta’ Ħal Qormi.
It-Tnejn 9 ta’ Mejju, niċċelebraw il-festa liturġika ta’ San Ġorġ Preca, għalhekk il-Quddiesa tas6.30pm tkun animata mill-membri tal-Museum, bis-sehem tat-tfal kollha li jattendu ċ-Ċentri talKatekiżmu u l-familji tagħhom.
It-Tlieta 10 ta’ Mejju, fis-7.15pm ser isir laqgħa formattiva għall-ġenituri tal-addoloxenti li ser jirċievu l-Ġriżma tal-Isqof fil-Parroċċa tagħna. Din issir fil-Knisja u nħeġġu l-ġenituri konċernati biex jattendu.
Nhar il-Ħamis 12 ta’ Mejju ser isir Coffee Morning fid-9.00am, fiċ-Ċentru Parrokkjali. Biljetti mingħand il-helpers tal-Knisja.
Xtaqt infakkar xi affarijiet żgħar imma li huma mportanti: Fil-Knisja, l-mobile għandu jkun dejjem silent jew mitfgħi u l-ilbies tagħna, kullimkien, imma b’mod speċjali fil-Knisja għandu jkun xieraq u addattat, biex hekk juri kemm għandna stima lejna nfusna u lejn id-dinjità tagħna bħala bnedmin. Dan jgħodd dejjem, imma b’mod speċjali f’tiġijiet u okkażjoniet oħra. Grazzi dejjem tal-koperazzjoni tagħkom.
Nirringrazzjaw lil diversi benefatturi li matul din il-ġimgħa offrew b’€595 f’donazzjoniet b’risq il-proġett tal-Koppla tal-Knisja. Grazzi dejjem lil kulħadd tal-fiduċja u l-ġenerożità tagħkom. Navżaw li nhar it-Tlieta ser jibda x-xogħol fuq il-koppla billi jitellgħa l-ħadid biex jintrama l-scaffoding mad-dawra tal-Koppla.
Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi ser jibda jipprovdi servizz ta’ trasport b’xejn lill-anzjani sabiex ikunu jistgħu jagħmlu l-qadi tagħhom ġewwa Ħal Qormi. Dan is-servizz ser jibda mit-Tnejn 2 ta’ Mejju, mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-8am sas-1.00pm.
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 14 8 63 5 0
•
E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg
Fit-talb tagħna nitolbu għal Raymond Cilia li miet fil-Parroċċa tagħna matul din il-ġimgħa. Nitolbu għalih u għall-mejtin kollha. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem ….
Nitollbu flimkien it-talba, li bħala Parroċċa, għażilna biex nitolbu matul din is-sena: "Tkellem, Mulej, għax il-qaddej tiegħek qiegħed jisma’." 1 Samwel 3, 9
Paċi u barka Fr. Eucharist Zammit Arċipriet
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 14 8 63 5 0
•
E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 14 8 63 5 0
•
E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 14 8 63 5 0
•
E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 14 8 63 5 0
•
E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg