Avviżi 24 ta' Ottubru 2021

Page 1

Knisja Arċipretali San Sebastjan Ħal Qormi

Avviżi Tal-Kommunità

Il-30 Ħadd ta’ Matul is-Sena

24 ta’ Ottubru 2021

____________________________________________________________________________________ 

Għada/Illum ser nagħmlu jum sħiħ ta’ Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija fil-Knisja Żgħira, sabiex nitolbu għall-bżonnijiet tal-familji tagħna. L-Adorazzjoni tibda fis-7.00am u tibqà għaddejja matul il-ġurnata kollha. F’kull siegħa tal-ġurnata, ser nitolbu t-talba tar-Rużarju, li hija t-talba tal-familja. Ser ikun hemm ukoll mumenti ta’ skiet, biex wieħed jitlob fil-privat. L-Adorazzjoni tintemm fis-7.00pm bit-talba tar-Rużarju li se jkun animat mill-Kummissjoni Familja kif ukoll nirċievu l-Barka Sagramentali. Ejjew bi ħġarna mmorru għand Ġesù u f’idejh nafdaw il-familji tagħna.

Nhar it-Tnejn/Għada jiftaħ il-booking tal-Quddies tal-mejtin għall-perjodu minn Jannar sa Ġunju tas-sena d-dieħla. Aktar il-quddiem imbagħad, jiftaħ għas-sitt xhur ta’ wara. Il-booking isir fl-Uffiċċju Parrokkjali waqt il-ħinijiet tal-Uffiċċju. Navżaw imma li nhar it-Tnejn/għada l-Uffiċċju Parrokkjali ser ikun miftuħ mit-3.30pm sas-7.00pm.

It-Tnejn/Għada, bejn l-4.00pm u l-5.00pm ser issir il-laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani fil-Knisja ż-Żgħira. Il-laqgħa tibda bit-talba tar-Rużarju u wara tkompli b’laqgħa formattiva minn Patri Ivan Scicluna O.Carm.

Nhar it-Tnejn, jaħbat it-tieni anniversarju mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja Żgħira. Fis-6.30pm ser issir Quddiesa Kantata fil-Knisja ż-Żgħira, imma minħabba dawn iċ-ċirkostanzi ma tistax tkun miftuħa għall-pubbliku. Wieħed imma jistà jsegwiha minn fuq il-paġna tal-facebook tal-Parroċċa u fuq l-istazzjon televiżiv XEJK.

Nhar it-Tlieta, mis-7.00pm sas-7.30pm ssir il-laqgħa tal-Grupp Nofs Siegħa mal-Kelma, fil-Knisja, bi tħejjija għall-Evanġelju tal-Ħadd. Kulħadd huwa mistieden.

Nhar l-Erbgħa fis-7.30pm, issir il-laqgħa tal-Kummissjoni Familja, fid-Dar Parrokkjali.

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

TE L : 2 14 8 63 5 0

E -M A I L: in f o @q or mi sb pari sh . o r g


Nhar il-Ħamis, fis-7.15pm, fil-Knisja, ser issir laqgħa ta’ formazzjoni għall-ġenituri u parrini taladoloxxenti li ser jirċievu l-Griżma tal-Isqof f’Novembru li ġej. Inħeġġu għalhekk lill-ġenituri u lill-parrini biex jattendu.

Inħeġġu lil kulħadd, sabiex f’din l-aħħar ġimgħa tax-xahar ta’ Ottubru, nitolbu t-talba tar-Rużarju fil-familji tagħna. Fil-Knisja nitolbu din it-talba kuljum quddiem Ġesù Ewkaristija, mit-Tnejn sal-Ħamis fis-6.00pm minn gruppi, għaqdiet jew kummissjoniet tal-Parroċċa. Nhar it-Tnejn: mill-Grupp tal-abbatini, it-Tlieta: mis-Sodalità ta’ San Sebastjan, l-Erbgħa: mill-Grupp Kariżamtiku u l-Ħamis mill-Kummissjoni Djakonija.

Nhar il-Ġimgħa, l-Quddiesa tas-6.30pm ser tkun bis-sehem tat-tfal u l-addoloxenti li jattendu l-MUSEUM tal-Bniet ta’ St. Edward’s u wara, bejn is-7.00pm u 7.30pm nieħdu sehem flimkien fl-Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija li tinkludi t-talba tar-Rużarju u li ser titmexxa mill-Grupp taż-Żgħażagħ Impact.

Nirringrazzjaw lil diversi benefatturi li matul din il-ġimgħa offrew b’€970 f’donazzjoniet b’risq ix-xogħol għall-proġett tal-Koppla tal-Knisja. Grazzi ħafna mill-qalb ta’ din il-ġenerożità sabiħa tagħkom.

F’Novembru nsellmu lil ħutna mill-Parroċċa tagħna li mietu matul din l-aħħar sena. Għalhekk nitolbu il-familjari ta’ dawk li tilfu lil xi ħadd minn Novembru tal-2020 sa Ottubru ta’ din is-sena, sabiex iġibulna s-santa tal-mewt tagħhom sa nhar il-Ġimgħa u jħalluha fis-sagristija jew fl-Uffiċċju Parrokkjali.

Nhar it-Tnejn l-1 ta’ Novembru, il-Parroċċa flimkien mal-Grupp tal-Ladies Circle, ser norganizzaw ħarġa ta’ ġurnata għall-Għawdex li tinkludi l-ikla ta’ nofsinhar. It-Tluq ikun fis-7.00am minn ħdejn il-Knisja u niġu lura mal-vapur tal-5.15pm. Baqà biss ftit postijiet u l-biljetti jimkisbu mill-Uffiċċju Parrokkjali.

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

TE L: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i sh . o rg


Navżaw li mit-Tnejn l-1 ta’ Novembru, l-Quddiesa ta’ filgħaxija mit-Tnejn sal-Ġimgħa tibda tkun fis-6.00pm.

Il-Parroċċa permezz tal-Kummissjoni Djakonija tgħin lill-diversi familji fil-bżonn fil-Parroċċa tagħna. Għalhekk biex inkomplu nsostnuhom. Napprezza jekk inġibu xi oġetti tal-ikel jew tal-ħasil tal-art u l-ħwejjeġ, biex imbgħad aħna nkunu nistgħu ngħadduhom lil dawn il-familji. L-oġġetti nistgħu inħalluhom ħdejn il-Battisteru tal-Magħmudija. Grazzi ħafna bil-quddiem.

Fit-talba tagħna nitolbu għal Catherine Mercieca li mietet fil-Parroċċa tagħna matul din il-ġimgħa. Nitolbu għaliha u għall-mejtin kollha. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…

Nitollbu flimkien it-talba, li bħala Parroċċa, għażilna biex nitolbu matul din is-sena: "Mulej, għand min immorru? Inti għandek il-kliem tal-ħajja ta’ dejjem." Ġw 6,68

Paċi u barka Fr. Eucharist Zammit Arċipriet

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

TE L: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i sh . o rg


TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

TE L: 21 4 8 6 35 0

E-M AI L: in f o @q or m i sb p ari sh . org


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.