Knisja Arċipretali San Sebastjan Ħal Qormi
Avviżi Tal-Kommunità
Is-26 Ħadd ta’ Matul is-Sena
26 ta’ Settembr u 2021
____________________________________________________________________________________ Il-Quddiesa li ser tixxandar għada/llum fuq TVM 2, fid-9.30am ser tkun mill-Knisja ż-Żgħira. Inħeġġu b’mod speċjali lill-morda u l-anzjani biex isegwu minn djarhom dan il-mument ta’ talb. Għada/llum lKnisja ż-Żgħira ser tibqà magħluqa għall-pubbliku. Nhar it-Tnejn/Għada jkollna n-Nofs Siegħa mal-Kelma, mis-7.00pm sas-7.30pm fil-Knisja. Din
ir-
riflessjoni fuq il-Kelma ta’ Alla, tgħinna napprezzaw aktar l-Evanġelju tal-Ħadd. Nhar l-Erbgħa, ser jergħu jibdew il-laqgħat tal-Grupp tal-Ladies Circle tal-Parroċċa, b’Quddiesa
fil-
Knisja, fit-8.30am. Inħeġġu lin-nisa kollha sabiex jieħdu sehem f’dawn il-laqgħat. Il-Ħamis, ser issir laqgħa għall-ġenituri kollha tat-tfal li ser jibdew jattendu għall-katekiżmu
fiċ-
Ċentru Parrokkjali. Din il-laqgħa ssir fil-Knisja, fis-7.15pm. Inħeġġu lill-ġenituri sabiex jattendu. Nhar il-Ġimgħa, ikun l-ewwel ġimgħa tax-xahar, lkoll imħeġġa biex nersqu għall-Qrar u nieħdu sehem fil-Quddiesa. Mis-6.00pm ‘l quddiem ikun hawn Patri Alex Scerri O.Carm, disponibbli għall-Qrar. Wara l-Quddiesa tas-6.30pm, ilkoll mistiedna għall-Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija li tinkludi t-talba tar-Rużarju u li ser titmexxa mill-Grupp ta’ Talb għall-Vokazzjoniet. Nhar il-Ħadd ikun l-ewwel Ħadd tax-xahar, għalhekk ikollna l-ġabra speċjali b’risq il-proġett
tat-
tiswija u żebgħa tal-Koppla. Nirringrazzjawkom bil-quddiem tal-ġenerożità tagħkom. Fl-okkażjoni tal-bidu tas-Sena Skolastika u tal-katekiżmu, qed nistiednu lit-tfal kollha biex nhar
il-
Ħadd 3 ta’ Ottubru, jieħdu sehem flimkien mal-familji tagħhom għall-Quddiesa tad-9.30am u magħhom iġibu xi oġġetti ta’ stationery biex ngħinu lis-Sorijiet ta’ Madre Tereża f’Bormla,
fil-
ħidma tagħhom mat-tfal. Nhar il-Ħadd 3 ta’ Ottubru, niċċelebraw fil-Parroċċa, l-festa tal-Madonna tar-Rużarju. Fil-5.30pm nitolbu flimkien t-talba tal-Għasar u fis-6.00pm ikollna Quddiesa kanatata bis-sehem tal-Kor
taż-
żgħażagħ, l-abbatini u l-fratelli. Wara l-Quddiesa, fil-Knisja, nitolbu t-talba tar-Rużarju li ser tkun animata mill-Kummissjoni Familja tal-Parroċċa u li tintemm bil-Barka Sagramentali. Ilkoll mħeġġa biex nieħdu sehem flimkien, sabiex niċċelebraw din il-festa għażiża u nitolbu lill-Madonna sabiex tkompli tbierek u tħares il-familji tagħna.
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 1 4 8 6 3 5 0
•
E-M A IL: i n fo @ q o rm i sb p a ri sh . o rg
It-Tnejn 4 ta’ Ottubru, fil-Parroċċa tagħna ser tibda s-Sena Kateketika. Inħeġġu lill-ġenituri kollha sabiex kif indikat, jibgħatu l-uliedhom għad-duttrina, biex jirċievu l-formazzjoni nisranija tagħhom. Nirringrazzjaw ukoll lill-katekisti tad-disponibiltà tagħhom. Infakkru lil dawk il-ġenituri li għandhom tfal li jew ser jibdew jattendu għall-katekiżmu għall-ewwel darba jew li t-tfal tagħhom ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina s-sena dieħla, biex jirreġistraw lit-tfal tagħhom fl-Uffiċċju Parrokkjali matul il-ġimgħa li ġejja. Dawk it-tfal li ser jattendu l-Museum
tas-
Subien, iridu l-ġenituri tagħhom jirreġistrawhom hemmhekk ukoll. Il-fratelli tal-Parroċċa tagħna, ser jorganizzaw kors ta’ kif wieħed jibni presepju. Dan il-kors ser jibda is-Sibt 9 ta’ Ottubru, jkun nhar ta’ Sibt u jsir fiċ-Ċentru Parrokkjali. Dettalji minn fuq il-paġna talfacebook tal-fratelli. Nirringrazzjaw lil diversi benefatturi li matul din il-ġimgħa offrew bi €535 f’donazzjoniet b’risq
ix-
xogħol għall- proġett tat-tiswija tal-Koppla tal-Knisja. Grazzi ħafna mill-qalb. Il-ġabra
li
saret
għall-Art
Mqaddsa
kienet
ta’
€1,177.
F’isem
il-Patrijiet
Franġiskani,
nirringrazzjawkom. Fit-talba tagħna nitolbu għal Mary Dolores Cassar u Angelo Casha li mietu fil-Parroċċa tagħna matul din il-ġimgħa. Nitolbu għalihom u għall-mejtin kollha. Agħtihom O Mulej il-mistr ieħ ta' dejjem... Nitolbu flimkien it-talba, li bħala Parroċċa għażilna biex nitolbu matul din is-sena: " Mulej, għand min immor r u? Inti għandek il-kliem tal-ħajja ta’ dejjem." Ġw 6,68 Paċi u barka Fr. Eucharist Zammit Arċipriet
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 1 4 8 6 3 5 0
•
E-M A IL: i n fo @ q o rm i sb p a ri sh . o rg
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 1 4 8 6 3 5 0
•
E-M A IL: i n fo @ q o rm i sb p a ri sh . o rg
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 1 4 8 6 3 5 0
•
E-M A IL: i n fo @ q o rm i sb p a ri sh . o rg
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 1 4 8 6 3 5 0
•
E-M A IL: i n fo @ q o rm i sb p a ri sh . o rg