Avviżi 27 ta' Frar 2022

Page 1

Knisja Arċipretali San Sebastjan Ħal Qormi

Avviżi Tal-Kommunità

It-Tmien Ħadd tas-Sena

27 ta’ Frar 2022

____________________________________________________________________________________ 

Nhar It-Tnejn/Għada, fl-4.00pm ssir l-laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani fil-Knisja ż-Żgħira. Din tibda bit-talba tar-Rużarju u wara tkompli b’laqgħa formattiva minn Patri Ivan Scicluna O. Carm.

Nhar it-Tnejn/Għada ikollna n-Nofs Siegħa mal-Kelma bi tħejjija għall-Evanġelju tal-ewwel Ħadd tar-Randan. Din issir fil-Knisja bejn is-6.30pm u 7.00pm u għaliha kulħadd mistieden biex jattendi. Matul ir-Randan, il-Lectio Divina ser titmexxa minn Dr Joseph Ciappara li huwa lettur tal-Iskrittura fil-fakulta tat-teoloġija fl-Università ta’ Malta.

Nhar it-Tlieta 1 ta’ Marzu, bejn l-4.00pm u s-6.00pm, aħna s-saċerdoti ser nqassmu l-flixkun tal-ilma mbierek lir-residenti li jgħixu fit-toroq: it-Tin u Misraħ iż-Żebbuġ, Triq iċ-Ċawsli u Triq il-Kus. Nittamaw li wara l-Għid il-kbir nkomplu nagħmlu dan f’toroq oħrajn u jekk iċ-ċirkostanzi jippermettu nittamaw li jsir ukoll parti mit-tberik tal-familji fid-djar.

Nhar it-Tlieta, fis-6.45pm isir il-laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali fiċ-Ċentru Parrokkjali.

Nhar l-Erbgħa, nagħtu bidu għaż-Żmien Qaddis tar-Randan. Nitolbu biex f’dan iż-żmien ta’ konverżjoni, nersqu aktar lejn Ġesù permezz tas-Sagrament tal-Qrar. Il-Quddies dakinhar ikun bħal matul il-ġimgħa, imma ser inżidu Quddiesa fil-5.00pm għat-tfal u l-familji tagħhom. Fis-6.00pm nitolbu t-talba tal-Via Sagra animata mill-Grupp ta’ Talb għall-Vokazzjoniet u fis-6.30pm ikollna Quddiesa kantata tal-bidu tar-Randan bis-sehem tas-saċerdoti, l-abbatini u l-fratelli tal-parroċċa tagħna. Filwaqt li nħeġġu lil kulħadd biex nhar l-Erbgħa, nieħdu sehem fil-Quddies, infakkru li dakinhar f’kull Quddiesa jsir it-tqiegħed tal-irmied fuq rasna, bħala sens ta’ ndiema. Infakkru li dakinhar huwa jum ta’ sawm u astinenza.

Il-Ħamis li ġej, fid-9.30am, il-Grupp tal-Fundrasing tal-Parroċċa ser jorganizza Coffee Morning b’risq il-Knisja, fiċ-Ċentru Parrokkjali. Il-biljetti mingħand il-helpers tas-soltu.

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 21 48 63 5 0

E-M AI L: i nf o @q or m i sb p ari s h . org


Il-Ħamis, fis-6.45pm, fil-Knisja ser isir l-ewwel laqgħa għall-ġenituri tal-adolexxenti li ser jagħmlu l-Griżma tal-Isqof din is-sena. Il-ġenituri mħeġġa li jattendu.

Nhar il-Ġimgħa, ikun l-ewwel ġimgħa tax-xahar. Mill-5.30pm sas-7.00pm fil-Knisja ikun hawn Patri Alex Scerri O.Carm disponibli għall-Qrar u bejn is-6.30pm u s-7.00pm ikoll mħeġġa biex nieħdu sehem flimkien fl-Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija li ser tkun immexxija mill-Komunità tas-Sorijiet Agostinjani.

Nhar il-Ħadd ikun l-ewwel Ħadd tax-xahar, għalhekk nagħmlu l-ġabra speċjali b’risq il-proġett tal-Koppla tal-Knisja. Nirringrazzjawkom bil-quddiem.

Il-Ħadd li ġej, il-Quddiesa tal-Ħadd tal-11.00am tkun animata mill-Grupp taż-Żgħażagħ tal-Parroċċa, l-IMPACT.

Nhar il-Ħadd fid-9.00am nistiednu lill-fratelli kollha għall-laqgħa ġenerali li ser issir fiċ-Ċentru Parrokkjali.

Mit-Tnejn 7 sal-Ġimgħa 11 ta’ Marzu ser isir l-ewwel kors ta’ Eżerċizzi tar-Randan, fit-3.30pm fil-Knisja ż-Żgħira. Imexxi Patri Victor Farrugia O.Carm.

Il-Ħamis 10 ta’ Marzu fis-6.45pm fil-Knisja, ssir it-tieni laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina. Il-ġenituri huma mħeġġa jieħdu sehem.

Nirringrazzjaw lil diversi benefatturi li matul din il-ġimgħa offrew €1,620 f’donazzjoniet b’risq il-proġett tal-Koppla tal-Knisja. Grazzi ħafna lil kulħadd.

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


Il-Knisja f’Malta flimkien mal-Parroċċa jixtiequ jirringrazzjaw lill-Gvern Malti li f’dawn il-ġranet ikonferma li l-proġett tat-tiswija u tisbiħ taz-zuntier tal-Knisja Arċipretali flimkien ma’ dak tas-Sala Psaila fil-Kripta ser jsiru mill-Gvern Ċentrali permezz tal-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali immexxi mill-Ministru Ian Borg. Il-Parroċċa għal dawn l-aħħar tlett snin u nofs kienet involuta f’diskussjoniet mal-Gvern biex jgħin lill-Parroċċa quddiem din l-ispiża ta’ xogħolijiet li l-Parroċċa b’mod finanzjarju ma setgħetx tidħol għaliha. Tajjeb ngħidu li l-ispiża għal dan il-proġett tlaħħaq kważi nofs miljun ewro. Għalhekk wara li saru l-istudji mitluba u tħejjew il-pjanti, f’Jannar li għadda tressqet l-applikazzjoni lill-MEPA biex malli jinħarġu l-permessi jkun jistà jsir ix-xogħol ippjanat. Għalhekk il-Parroċċa trod ħajr lill-Ministru Ian Borg, lis-Sur Stephen Bonello, d-Direttur tal-Public Works, lill-Perit tal-proġett min naħa tal-Gvern Karl Cutajar u l-Perit tal-Parroċċa David Mifsud Parker li tawna kull għajnuna biex dan il-proġett ikun jista jiġi ppjanat li jsir.

Nitollbu flimkien it-talba, li bħala Parroċċa, għażilna biex nitolbu matul din is-sena l-ġdida: "Tkellem, Mulej, għax il-qaddej tiegħek qiegħed jisma’." 1 Samwel 3, 9 Paċi u barka Fr. Eucharist Zammit Arċipriet

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E-M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E-M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E-M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.