Knisja Arċipretali San Sebastjan Ħal Qormi
Avviżi Tal-Kommunità
L-Ewwel Ħadd ta’ l-Avvent
28 ta’ Novembru 2021
____________________________________________________________________________________
Filwaqt li bħalha Knisja qed nagħtu bidu għaż-Żmien tal-Avvent, ejjew nitolbu għalina lkoll biex dan ikun wieħed ta’ grazzja billi tkompli tikber fina x-xewqa li nagħrfu lil Ġesù u li nkunu aktar viċin tiegħu fil-ħajja tagħna. Bħala Parroċċa għaż-Żmien tal-Avvent, qed nagħtu dawn it-tlett suġġerimenti prattiċi: Nieħdu sehem fin-Nofs Siegħa mal-Kelma nhar ta’ Tnejn fil-Knisja, bejn is-6.30pm u s-7.00pm fil-Knisja, nersqu għas-Sagrament tal-Qrar u nitolbu għall-konverżjoni tal-midinbin u nkunu nies ta’ Karità. Fil-fatt bħalha Parroċċa fl-Avvent ser ngħinu lid-Dar ta’ St. Patrick’s tas-Sliema, mmexija mis-Salesjani. Din tilqà fiha tfal u żgħażagħ minn disà sa tmintax–il sena li jkunu qed jgħixu hemmhekk minħabba li fis-sitwazzjoni din tkun l-aħjar għażla għalihom. Fil-ġranet li ġejjin taħt il-girlanda tal-Avvent, ser nqiegħdu 25 envelope, kemm bħal issa hemm persuni jgħixu f’din id-dar, bix-xewqa tagħhom ta’ rigal li jixtiequ f’dan il-Milied. Inħeġġiġkom biex ninpenjaw ruħna ħalli b’dan il-ġest inferrħu lil dawn it-tfal u żgħażagħ f’dan il-Milied. Wieħed jistà jixtri r-rigal waħdu jew inkella ma’ ħaddieħor. Ir-rigali tistgħu tgħadduhom fl-Uffiċċju Parrokkjali sal-Ġimgħa 17 ta’ Diċembru.
Għada/Illum bejn it-8.30am u 1.00pm, ser ikollna l-opportunità li nagħtu d-demm fil-Mobile Blood Donation Unit, ħdejn il-Knisja Parrokkjali. Inħeġġu lil dawk kollha li jistgħu jagħtu d-demm, biex ma jibqgħux lura milli jagħmlu dan il-ġest sabiħ ta’ mħabba u Karità. Ma ninsewx li hemm ħafna pazjenti fl-isptar jistennew li jingħataw d-demm. Grazzi bil-quddiem.
Infakkru li kull nhar ta’ Tnejn, fil-Kripta fid-9.15am, ssir il-laqgħa għall-Anzjani.
Nhar it-Tnejn/Għada, bejn l-4.00pm u l-5.00pm ssir il-laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani fil-Knisja ż-Żgħira.
Navżaw li nhar it-Tnejn filgħodu l-Uffiċċju Parrokkjali ser ikun magħluq, imma mbgħad jiftaħ bħas-soltu filgħaxija bejn il-5.00pm u s-7.00pm.
Nhar l-Erbgħa, fis-6.30pm ssir il-laqgħa tal-Kummissjoni Djakonija fid-Dar Parrokkjali.
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 21 48 6 35 0
•
E-M AI L: i nf o @q or m i sb p ari s h . org
Nhar il-Ġimgħa ikun l-ewwel ġimgħa tax-xahar. Ilkoll mħeġġa biex nersqu għall-Qrar u Tqarbin. Għalhekk mill-5.30pm ‘l quddiem ikun hawn Patri Alex Scerri O.Carm disponibbli għall-Qrar fil-Knisja. Mis-6.30pm sas-7.00pm lkoll mistiedna nieħdu sehem fl-Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija li ser tkun animata mill-grupp ta’ talb għall-vokazzjoniet.
Nhar il-Ħadd 5 ta’ Diċembru, l-Quddiesa tal-11.00am tkun bis-Sagrament tal-Magħmudija.
Matul il-weekend li ġej il-grupp taż-żgħażagħ tal-Parroċċa, l-IMPACT ser jorganizza cake sale fuq iz-zuntier u bejgħ ta’ punzjetti tal-Milied. Inħeġġukom biex ngħinuhom ħalli jkomplu l-ħidma siewja tagħhom mal-adoloxxenti u żgħażagħ tal-Parroċċa tagħna.
Nitolbu lid-Distributturi, sabiex mil-Kripta jieħdu l-programm tal-Milied u l-envelopes li ser jitqassmu fi djar biex wieħed jagħti l-offerta tiegħu b’risq il-proġett tal-Koppla tal-Knisja. Navżaw li l-envelopes, mhux ser jinġabru mid-djar, imma qed nitolbu biex wieħed iġib l-envelope fil-knisja u jitħalla f’kaxxa apposta ħdejn l-istawta tal-Madonna. Inħeġġukom sabiex inkomplu nkunu ġenerużi fl-għotijiet tagħna u nirringrazzjaw lil kulħadd tal-ġenerożita tagħkom. Nirringrazzjaw ukoll lil distributturi tad-disponbiltà tagħhom b’dan is-servizz.
Nirringrazzjaw lil diversi benefatturi li matul din il-ġimgħa offrew b’€700 f’donazzjoniet b’risq ix-xogħol tal-Koppla tal-Knisja. Navżaw li sa issa l-ġbir għall-proġett tal-Koppla laħaq is-somma sabiħa ta’ €83,134 u xogħol huwa stmat li jiġi jiswà €120,000. Grazzi ħafna mill-qalb ta’ din il-ġenerożità sabiħa tagħkom.
Fin-noticebards tal-Knisja wieħed isib d-dettalji tal-biljett rebbieħ tal-lotterija li saret l-weekend li għadda fuq iz-zuntier tal-knisja, b’risq il-proġett tal-Koppla tal-Knisja. Grazzi lil kulħadd.
Il-Madre u l-Komunità tas-Sorijiet Agostinjani javżaw li l-Kappella tagħhom ser tibda tkun miftuħa għall-pubbliku mit-Tnejn sal-Ġimgħa mill-4.30pm sa s-6.00pm għal talb fil-privat.
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 14 8 63 5 0
•
E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg
Għada/Illum, tibda n-novena tal-Immakulata Kunċizzjoni, ejjew għalhekk f’dawn il-jiem nitolbu kuljum din it-talba: O Marija, li dħalt fid-dinja mingħajr tebgħa aqlgħalna l-grazzja, noħorġu minnha mingħajr ħtija.
Fit-talb tagħna nitolbu għal Joseph Camilleri, Mary Saliba u Emanuel Bonello li mietu fil-Parroċċa tagħna matul din il-ġimgħa. Nitolbu għalihom u għall-mejtin kollha. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem …
Nitollbu flimkien it-talba, li bħala Parroċċa, għażilna biex nitolbu matul din is-sena: "Mulej, għand min immorru? Inti għandek il-kliem tal-ħajja ta’ dejjem." Ġw 6,68
Paċi u barka Fr. Eucharist Zammit Arċipriet
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 14 8 63 5 0
•
E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 14 8 63 5 0
•
E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 14 8 63 5 0
•
E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg