Knisja Arċipretali San Sebastjan Ħal Qormi
Avviżi Tal-Kommunità
Ir-Rabà Ħadd tas-Sena
30 ta’ Jannar 2022
____________________________________________________________________________________
Biex napprezzaw aħjar it-talba tagħna ta’ din is-sena li qed ngħidu bħala Parroċċa, nhar it-Tnejn, in-Nofs Siegħa mal-Kelma ser titmexxa mill-Isqof Awżiljarju Mons Joe Galea Curmi. Din tkun bejn is-6.30pm u 7.00pm u għaliha kulħadd mistieden biex jattendi.
Nhar l-Erbgħa 2 ta’ Frar, niċċelebraw il-festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej fit-Tempju, magħrufa fostna bħala l-Kandlora. Dakinhar għall-Quddiesa tas-6.00pm huma mistiedna jieħdu sehem t-tfal li ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina u l-ġenituri tagħhom, sabiex it-tfal jagħmlu t-talba tagħhom lil Ġesù biex jirċevuh fil-qalb tagħhom. F’din il-Quddiesa ta’ filgħaxija isir it-tberik tax-xema simbolu li Ġesù huwa d-dawl tagħna. Għal din il-Quddiesa jieħdu sehem l-abbatini, l-kor taż-Żgħażagħ u l-fratelli tal-Parroċċa.
Nhar il-Ġimgħa ikun l-ewwel ġimgħa tax-xahar. Ilkoll mħeġġa sabiex nersqu għall-Qrar u l-Quddiesa. Mill-5.30pm ‘l quddiem ikun hawn Patri Alex Scerri O. Carm disponibbli għall-Qrar, imbgħad mis-6.30pm sas-7.00pm lkoll mħeġġa biex nieħdu sehem flimkien fl-Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija li ser tkun immexxija mil-Grupp ta’ Talb għall-Vokazzjoniet flimkien mal-Grupp tal-Abbatini.
Il-Ħadd li ġej ikun l-ewwel Ħadd tax-xahar għalhekk nagħmlu l-ġabra speċjali b’risq il-proġett tat-tiswija u żebgħa tal-Koppla. Grazzi bil-quddiem.
Il-Ħadd li ġej il-Quddiesa tal-11.00am tkun animata u bis-sehem tal-Grupp taż-Żgħażagħ IMPACT.
Infakkru li fetaħ il-booking tal-intenzjoniet tal-mejtin għax-xhur ta’ Lulju u Diċembru ta’ din is-sena. Il-booking jsir dejjem fl-Uffiċċju Parrokkjali waqt il-ħinijiet tal-Uffiċċju.
Dawk li ordnaw id-DVD tal-Griżma huma mitluba sabiex jiġbru l-kopji tagħhom mill-Uffiċċju Parrokkjali waqt il-ħinijiet tal-ftuħ.
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 21 48 6 35 0
•
E-M AI L: i nf o @q or m i sb p ari s h . org
Nirringrazzjaw lil diversi benefatturi li matul din il-ġimgħa offrew €900 f’donazzjoniet b’risq il-proġett tal-Koppla tal-Knisja. Grazzi Ħafna lil kulħadd.
Fit-talb niftakru f’Amabile Bartolo, Eliseo Terribile, Mary Scerri u Carmela Cutajar li mietu fil-Parroċċa tagħna matul din il-ġimgħa. Nitolbu għalihom u għall-mejtin kollha. Agħtihom o Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…
Nitollbu flimkien it-talba, li bħala Parroċċa, għażilna biex nitolbu matul din is-sena: "Tkellem, Mulej, għax il-qaddej tiegħek qiegħed jisma’." 1 Samwel 3, 9
Paċi u barka Fr. Eucharist Zammit Arċipriet
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 14 8 63 5 0
•
E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 14 8 63 5 0
•
E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 14 8 63 5 0
•
E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 14 8 63 5 0
•
E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg