Avviżi 3 ta' April 2022

Page 1

Knisja Arċipretali San Sebastjan Ħal Qormi

Avviżi Tal-Kommunità

Il-Ħames Ħadd tar-Randan

3 ta’ April 2022

____________________________________________________________________________________ 

Bħal issa f’Malta għandna l-grazzja li nilqgħu fostna lill-Papa Franġisku. Dawk li għada/Illum ser jużaw it-trasport għall-Quddiesa tal-Papa ta’ fuq il-Fosos tal-Furjana, dan jitlaq fit-8.00am minn ħdejn il-Knisja. Ilkoll mħeġġa biex nkomplu nitolbu, ħalli din iż-żjara tħalli l-frott u l-ġid mixtieq. Tkun ħaġa xierqa li jitilgħu l-bnadar fuq il-bjut, bħala wkoll sens ta’ rispett lejn il-Missier tagħna l-Papa Franġisku. Navżaw li l-Quddies tal-Ħadd, fil-Parroċċa tagħna ser ikun fis-6.30am, fis-7.30am u fis-6.00pm.

It-Tnejn/Għada, ikollna n-Nofs Siegħa mal-Kelma, mis-6.30pm sas-7.00pm fil-Knisja. Imexxi, Dr Joseph Ciappara li huwa studjuż fuq il-Kelma ta’ Alla u li ser jgħinna napprezzaw aktar dak li jrid iwassal San Luqa, fir-rakkont tal-Passjoni u l-Mewt tal-Mulej li jinqara f’Ħadd il-Palm.

Mit-Tnejn sal-Ħamis, fis-7.30pm, ser isiru l-Eżerċizzi tar-Randan għal Kulħadd, fil-Każin tal-Banda, San Sebastjan, Ħal Qormi. Imexxi Patri Clive Camilleri OFM.

Bi tħejjija għall-Ġimgħa Mqaddsa nhar il-Ħamis mill-5.30pm sat-8.00pm ser ikollna fil-Knisja diversi saċerdoti għall-Qrar. Inħeġġu lil kulħadd sabiex inħejju ruħna għal dawn il-jiem għeżież billi nilqgħu l-ħniena li Ġesù jagħtina f’dan is-Sagrament tal-Qrar.

Nhar il-Ġimgħa, niċċelebraw il-festa tad-Duluri. Il-Quddies fil-Parroċċa tagħna jkun: fis-6.30am, fis-7.30am, fit-8.30am u fil-5.00pm. Fis-6.00pm nitolbu t-talba tar-Rużarju li jkun animat mill-Fratellanza tad-Duluri. Fis-6.30pm Quddiesa kantata mmexija minn Patri Alex Scerri O.Carm, bis-sehem tal-abbatini, l-fratelli u l-Kor taż-żgħażagħ. Il-Purċissjoni bl-istatwa tad-Duluri ser tkun il-Ħadd 10 ta’ April, peress li minn dakinhar jkunu jistgħu jerġgħu jibdew isiru attivitajiet bħal dawn minħabba l-pandemija. Dakinhar fil-5.00pm ikollna Quddiesa ta’ Ħadd il-Palm u fis-6.00pm purċissjoni bl-istatwa ta’ Marija Addolorata li tgħaddi minn dawn it-toroq: Triq San Bartilmew, Triq San Dwardu, Triq Santa Katerina, Triq il-Vitorja u tintemm fil-Knisja Arċipretali, bil-Barka Sagramentali.

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 21 48 6 35 0

E-M AI L: i nf o @q or m i sb p ari s h . org


Il-Ħadd 10 ta’ April niċċelebraw Ħadd il-Palm u nagħtu bidu tal-Ġimgħa Mqaddsa. Fid-9.00am, nagħtu bidu għaċ-ċelebrazzjoni li tfakkar id-Daħla Solenni tal-Mulej f’Ġerusalem bil-funzjoni tat-tberik taż-żebbuġ fil-Knisja ż-Żgħira. Wara nixmu f’purċissjoni lejn il-Knisja Arċipretali, fejn fid-9.30am ikollna l-Quddiesa Solenni fejn fiha jinqara r-rakkont tal-Passjoni skont San Luqa. Fil-11.00am: Quddiesa għat-tfal u l-familji tagħhom, fejn fiha t-tfal ser joffru l-Karus ta’ Mħabba b’risq it-tfal fil-Guatemala. Fil-5.00pm: Quddiesa ta’ Ħadd il-Palm u fis-6.00pm, purċissjoni bl-istatwa ta’ Marija Addolorata li tintemm fil-Knisja Arċipretali, bil-Barka Sagramentali.

It-Tnejn 11 ta’ April, il-Parroċċa ser torganizza Pellegrinaġġ għar-Redentur tal-Isla. Dakinhar filgħaxija, fil-parroċċa jkollna Quddiesa fl-4.30pm. Fil-5.15pm jitlaq it-trasport minn ħdejn il-Knisja, fejn fis-6.00pm ikollna Quddiesa fil-Bażilika tal-Isla u wara ssir meditazzjoni minn Mons Frans Abdilla bit-tema: X’jilmaħ in-nisrani fil-figura ta’ Ġesù Redentur. Nagħlqu b’mument qasir ta’ talb u nirċievu l-Barka Sagramentali. Inkunu lura Ħal Qormi fit-8.00pm. Dawk li jixtiequ jattendu għandhom jibbukjaw sa nhar il-Ġimgħa li ġej fl-Uffiċċju Parrokkjali.

Inħeġġu lil kulħadd biex f’dawn il-jiem tal-Gimgħa Mqaddsa narmaw is-slaleb mixgħulin mal-galleriji tad-djar tagħna u fit-twieqi narmaw ix-xbieha tal-Kurċifiss jew tad-Duluri.

Infakkru li bħal issa qed niġbru oġetti tal-ikel u tal-ħasil tal-ħwejjeġ u tal-art għall-familji fil-bżonn tal-Parroċċa tagħna. Dawn nistgħu nħalluhom ħdejn il-Battisteru tal-Magħmudija.

Il-Ħamis 7 ta’ April, fid-9.00am ser isir Coffee Morning fiċ-Ċentru Parrokkjali b’risq il-Knisja. Biljetti mingħand il-helpers tal-Knisja.

Is-Soċjeta’ Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan se tippreżenta Kunċert ta’ Marċi Funebri, għada/Illum fiċ-Ċentru Parrokjali San Sebastjan. Kulħadd irrid ikun bil-qegħda f’postu sas-7:15pm. Dħul ser jkun minn Triq San Bartilmew.

Il-Kunsill Reġjonali tan-Nofsinhar ser jorganizza seminar dwar it-tradizzjoniet marbuta mal-Gimgħa Mqaddsa. Dan ser isir nhar is-Sibt li ġej, fis-9.00am, fid-Domus iż-Żejtun.

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


Il-Fratelli qed jilqgħu ordnijiet għal dik li nsejħulha il-Borża ta’ Ġuda. Din hija qassatat tal-ħelu fuq riċetta tradizzjonali. Min huwa interessat jkellem lill-fratelli.

Nirringrazzjaw lil diversi benefatturi li matul din il-ġimgħa offrew b’€490 f’donazzjoniet b’risq il-proġett tal-Koppla tal-Knisja. Grazzi ħafna lil kulħadd tal-fiduċja u l-koperazzjoni tagħkom.

Nitollbu flimkien it-talba, li bħala Parroċċa, għażilna biex nitolbu matul din is-sena: "Tkellem, Mulej, għax il-qaddej tiegħek qiegħed jisma’." 1 Samwel 3, 9

Paċi u barka Fr. Eucharist Zammit Arċipriet

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.