Knisja Arċipretali San Sebastjan Ħal Qormi
Avviżi Tal-Kommunità
It-Tieni Ħadd ta’ l-Avvent
5 ta’ Diċembru 2021
____________________________________________________________________________________
Infakkru li bħala Parroċċa għaż-Żmien tal-Avvent, qed nagħtu dawn it-tlett suġġerimenti prattiċi: 1. Nieħdu sehem fin-Nofs Siegħa mal-Kelma nhar ta’ Tnejn fil-Knisja, bejn is-6.30pm u s-7.00pm fejn ikollna l-Lectio Divina li tgħinna napprezzaw aħjar il-Kelma ta’ Alla, fil-ħajja tagħna. 2. Nersqu għas-Sagrament tal-Qrar u nitolbu għall-konverżjoni tal-midinbin. 3. Inkunu nies ta’ Karità. Bħalha Parroċċa ser ngħinu lid-Dar ta’ St. Patrick’s tas-Sliema. Għalhekk taħt il-girlanda tal-Avvent, issibu diversi envelopes li jirrapreżentaw x-xewqat li dawn it-tfal u żgħażagħ jixtiequ bħalha rigal f’dan il-Milied. Inħeġġukom biex ninpenjaw ruħna ħalli b’dan il-ġest inferrħu lil dawn it-tfal u żgħażagħ f’dan il-Milied. Wieħed jistà jixtri r-rigal waħdu jew inkella ma’ oħrajn. Ir-rigali tistgħu tgħadduhom fl-Uffiċċju Parrokkjali sal-Ġimgħa 17 ta’ Diċembru.
Infakkru li kull nhar ta’ Tnejn, fil-Kripta fid-9.15am, ssir il-laqgħa għall-Anzjani.
Nhar it-Tlieta, fil-Quddiesa tat-8.30am, ser isir it-Tesserament tal-Membri tal-Azzjoni Kattolika.
Nhar l-Erbgħa, niċċelebraw l-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni. Xieraq li nqaddsu din il-ġurnata billi nieħdu sehem fil-Quddiesa, li jkun bħal ta’ matul il-ġimgħa u nitolbu t-talba tar-Rużarju fil-familji tagħna.
Il-Ġimgħa mis-6.30pm sas-7.00pm lkoll mistiedna nieħdu sehem fl-Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija li ser tkun animata mill-Komunità tas-Sorijiet Agostinjani.
It-Tlieta 14 ta’ Diċembru, l-Parroċċa ser torganizza l-Kunċert tal-Milied, fis-6.30pm, fil-Knisja. F’dan il-Kunċert ser jiġi inawgurat presepju ġdid għall-Knisja, maħdum b’mod voluntarju minn Alex Powell, bil-għajnuna wkoll tal-Grupp tal-Armar. Inħeġġukom biex tattendu.
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 21 48 6 35 0
•
E-M AI L: i nf o @q or m i sb p ari s h . org
L-Erbgħa 15 ta’ Diċembru, tibda n-novena tal-Milied, jiġifieri disà t’ijiem ta’ tħejjija għall-festa ta’ Ġesù Bambin. F’dawn il-jiem, il-Quddiesa ta’ filgħaxija tkun bis-sehem ta’ diversi gruppi u għaqdiet tal-Parroċċa. Wara l-Quddiesa nagħmlu n-novena tal-Milied quddiem Ġesù Ewkaristija fejn fiha ser noffru riflessjoniet marbuta mal-pasturi tal-presepju, imbagħad nagħlqu bil-Barka Sagramentali. Inħeġġu minn issa lil kulħadd biex nattendu bi ħġarna għan-novena ta’ Ġesù Bambin. Il-programm tan-novena u tal-Milied, tqassam f’kull dar, minn ma għandux, jistà jieħu wieħed mis-sagristija.
Nirringrazzjaw lil diversi benefatturi li matul din il-ġimgħa offrew b’€695 f’donazzjoniet b’risq ix-xogħol tal-Koppla tal-Knisja. Infakkar li tqassam fid-djar l-envelope, biex nagħtu l-offerta tagħna b’risq il-proġett tat-tiswija u żebgħa tal-Koppla. Napprezzaw li l-envelope iġġibuħ magħkom il-Knisja u tqegħduh f’kaxxa apposta ħdejn l-istatwa tal-Madonna. Grazzi dejjem tal-ġenerożità u l-koperazzjoni tagħkom.
Il-Parroċċa tixtieq tirringrazzja lis-Sur Anthony Chetcuti għas-servizz li ta’ f’dawn l-aħħar snin fil-Museum tas-Subien u nifirħu u nawguraw lis-Sur Vince Lia, li ġie magħżul biex ikun is-Superjur il-ġdid tal-Museum tas-Subien, fil-Parroċċa tagħna.
Il-Grupp tal-Fratelli tal-Parroċċa tagħna, ser jorganizza ikla tal-Milied, nhar is-Sibt 18 ta’ Diċembru, fit-8.00pm, f’Montekristo. Aktar dettalji mingħand il-fratelli jew minn fuq il-paġna tal-facebook.
Matul dan il-weekend, il-grupp taż-żgħażagħ tal-Parroċċa, l-IMPACT ser jorganizza bake sale u bejgħ ta’ punzjetti tal-Milied. Inħeġġukom biex ngħinuhom ħalli jkomplu l-ħidma siewja tagħhom mal-adoloxxenti u żgħażagħ tal-Parroċċa tagħna.
Fit-talb tagħna nitolbu għal Alfred Tagliaferro li miet fil-Parroċċa tagħna matul din il-ġimgħa. Nitolbu għalih u għall-mejtin kollha. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 14 8 63 5 0
•
E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg
Nitollbu flimkien it-talba, li bħala Parroċċa, għażilna biex nitolbu matul din is-sena: "Mulej, għand min immorru? Inti għandek il-kliem tal-ħajja ta’ dejjem." Ġw 6,68
Paċi u barka Fr. Eucharist Zammit Arċipriet
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 14 8 63 5 0
•
E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 14 8 63 5 0
•
E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 14 8 63 5 0
•
E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 14 8 63 5 0
•
E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg