Avviżi 5 ta' Settembru 2021

Page 1

Il-23 Ħadd ta’ Matul is-Sena

5 ta’ Settembru 2021

________________________________________________________________________________ ● Infakkru li kull nhar ta’ Tnejn fil-Knisja, ikollna n-Nofs Siegħa mal-Kelma, mis-7.00pm sas-7.30pm. Din ir-riflessjoni fuq il-Kelma ta’ Alla, tgħinna napprezzaw aktar l-Evanġelju tal-Ħadd. Kulħadd huwa mistieden.

● Il-ġenituri tat-tfal, subien u bniet, li minn Ottubru li ġej, ser jibdew jattendu l-katekiżmu għall-ewwel darba f’wieħed miċ-ċentri tad-duttrina tal-Parroċċa jew li ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina fl-2022, huma mitluba sabiex jirreġistraw lit-tfal tagħhom fl-Uffiċċju Parrokkjali, fil-ħinijiet tal-ftuħ. Importanti li meta issir ir-registrazzjoni tat-tfal, il-ġenituri/kustodji tat-tfal ikunu preżenti flimkien, peress li tkun mitluba l-firma tagħhom. F’każ li ġenitur wieħed biss għandu l-kustodja tat-tifel/a, jkun mitlub li jġib miegħu prova ta’ dan u ċertifikat sħiħ tat-twelid mill-Insinwa. Dawk it-tfal li mhumiex mgħammda fil-Parroċċa, huma mitluba li jġibu ċertifikat tal-Magħmudija mill-Parroċċa fejn tgħammdu. It-tfal subien li ser jattendu għal katekiżmu fil-Museum tas-Subien, huma mitluba li jirreġistraw il-Museum ukoll, nhar ta’ Tnejn mis-5.45pm sas-6.30pm. Fin-noticeboard tal-Knisja u fuq il-paġna tal-facebook tal-Parroċċa, wieħed isib d-dettalji kollha, marbuta mal-ħinijiet u l-ġranet tad-duttrina tat-tfal fiċ-Ċentri tal-katekiżmu tal-Parroċċa tagħna.

● Nhar l-Erbgħa, niċċelebraw il-festa tat-twelid tal-Madonna, magħrufa fostna bħala l-Vitorja. Inħeġġu lil kulħadd biex dakinhar nieħdu sehem fil-Quddiesa, li jkun bħal matul il-ġimgħa u fil-familji tagħna nitolbu t-talba tar-rużarju.

● Bi tħejjija għas-Sena Kateketika, ser isiru tlett laqgħat ta’ formazzjoni għall-katekisti taċ-Ċentri tad-Duttrina. L-ewwel laqgħa ser tkun nhar il-Ħamis li ġej, fis-7.30pm, fiċ-Ċentru Parrokkjali. Inħeġġu lill-katekisti biex jattendu.

● Nhar il-Ġimgħa, bejn is-7.00pm u 7.30pm lkoll mistiedna biex bħalha Komunità Parrokkjali, nieħdu sehem fl-Adorazzjoni quddiem Ġesu Ewkaristija, li ser tkun animata mill-Komunità tas-Sorijiet Agostinjani.


● Il-Ħadd li ġej, il-Quddiesa tad-9.30am, tkun bis-Sagrament tal-Magħmudija.

● Nhar it-Tnejn 13 ta’ Settembru, fis-7.30pm, isir il-laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, fiċ-Ċentru.

● Nirringrazzjaw lil diversi benefatturi li matul din il-ġimgħa offrew bi €835 f’donazzjoniet b’risq ix-xogħol fuq il-proġett tal-koppla tal-knisja. Grazzi ħafna mill-qalb tal-ġenerożità tagħkom.

● Infakkru biex dawk li ordnaw d-DVD tal-Ewwel Tqarbina, huma mitluba li jiġbru l-kopji tagħhom mill-Uffiċċju Parrokkjali.

● Infakkru lil kulħadd biex fil-Knisja nkunu responsabbli u nilbsu l-maskra tajjeb

b’rispett lejn

is-saħħa tagħna u ta’ xulxin.

● Fit-talb tagħna nitolbu għal Carmelo Mifsud u Mary Grace Zammit li mietu fil-Parroċċa tagħna matul din il-ġimgħa. Nitolbu għalihom u għall-mejtin kollha. Agħtihom O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem….

Nitollbu flimkien it-talba, li bħala Parroċċa, għażilna biex nitolbu matul din is-sena: "Mulej, għand min immorru? Inti għandek il-kliem tal-ħajja ta’ dejjem." Ġw 6,68

Paċi u barka Fr. Eucharist Zammit Arċipriet



Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.