Avviżi Tal-Kommunità Parroċċa San Sebastjan
ĦAL QORMI - MALTA
25 Ħadd A
1 ta’ Ottubru 2017
____________________________________________________________________________________ •
Matul ix-xahar ta’ Ottubru jiġi espost Ġesù Sagramentat fis-6.00pm u wara jingħad ir-rużarju. Nitolbu din it-talba bil-qalb, b’mod speċjali dan ix-xahar li jaħbat il-mitt anniversarju mid-dehriet tal-Madonna f’Fatima.
•
Mit-Tnejn jibda l-Katekiżmu fiċ-Ċentru Parrokkjali. Infakkru fl-importanza li l-ġenituri jaraw li uliedhom jattendu għall-katekiżmu, darbtjen fil-ġimgħa.
•
It-Tlieta fid-9.30am ikun hemm il-laqgħa tal-Azzjoni Kattolika, fiċ-Ċentru.
•
It-Tlieta wkoll fid-9.30am ikun hemm il-Mother & Baby Club fiċ-Ċentru.
•
Nhar l-Erbgħa ssir il-laqgħa tan-nisa romol u separati, fil-Kripta, fis-6.30pm.
•
Nhar il-Ġimgħa issir il-Festa tar-Rużarju fil-Parroċċa tagħna. Il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun fis6.00pm u wara l-purċissjoni. Inħeġġeġ li jkollna attendenza numeruża.
•
Il-booking tal-quddiesa għas-sena li ġejja huwa miftuħ, fil-ħinijiet tal-uffiċċju.
•
Ħareġ il-Fuljett Flimkien Ta’ Ottubru. Distributuri jistgħu jiġbruħ mill-Uffiċċju Parrokkjali.
•
Il-grupp nisrani Drachma ser jorganizza laqgħa għall-ġenituri ta’ wlied b’orjentazzjoni sesswali differenti nhar Il-Ħamis, 5 ta' Ottubru f’Dar Nażaret, Ħal Tarxien fis-7.30 pm, kif ukoll laqgħa oħra għal dawn il-persuni nhar il-Ġimgħa, 6 ta' Ottubru fil-Kappella tal-Universita', Msida fis-7.30 pm.
•
Grazzi tal-offerta għall-orgni l-ġdid, li ser jiswa €10,000 u li sa issa inġabru ftit aktar minn €4000. Qed nistiednu li jkun hawn 110 persuna li jagħtu offerta ta’ €50 u b’hekk jinġabar l-ammont meħtieġ.
•
Il-proġett tal-orgni l-ġdid għall-parroċċa se jintroduċina għal proġett ħafna akbar: dik li ssir manutenzjoni tal-koppla tal-Knisja minn barra. Għal dan il-għan sejrin nagħmlu tnedija uffiċċjali tal-proġett tal-koppla nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Ottubru 2017, fis-7.30pm, fiċ-Ċentru Parrokkjali.
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL : 2 1 4 8 6 3 5 0
•
E- M AI L: i nf o@q or mi sb par i s h. org
•
Mat-tnedija tal-proġett tal-koppla ser ikun hemm Open Weekend fiċ-Ċentru Parrokkjali, mis-27 sad-29 ta’ Ottubru. F’dawn il-ġranet kulħadd ikun jista’ jżur iċ-Ċentru biex jara l-faċilitajiet u lattività li ssir fih. Fost l-attivitajiet li ser jittellgħu ser ikun hemm wirja ta’ arti minn artisti minn Ħal Qormi. Dawk li jinteressahom jieħdu sehem jistgħu jikkuntatjaw l-Uffiċċju Parrokkjali.
•
Minn dan il-Ħadd it-tfal jibdew jiffirmaw il-karta tal-quddiesa. Jistgħu jieħdu l-karta mis-sagrestija. Għandhom jidħlu fis-sagrestija kif tispiċċa l-quddiesa.
Paċi u barka
Fr Joseph Buhagiar Kappillan