Avviżi 2 ta' Diċembru 2018

Page 1

Avviżi tal-Ko Komunità Parroċċa San Sebastjan Ħal Qormi

L-Ewwel Ħadd tal-Avvent Avvent

2 ta’ Diċembru 2018

____________________________________________________________________________________ 

Nhar it-Tnejn/Għada is-Superjur Superjur Joe Fenech imexxi ll-Adorazzjoni Adorazzjoni fil fil-Kripta mill-10.00am sal-11.00am. Kulħadd ħadd huwa mistieden.

Il-Ħamis, il-Parroċċa ċċa ser torganizza Breakfast fis fis-Santana Ħotel. Nitilqu fid fid-9.00am minn quddiem il-Knisja. Biljetti mingħand ħand il il-helpers tal-knisja.

Nhar il-Ġimgħa, ikun l-ewwel ewwel ġimgħa tax-xahar. Inħeġġiġkom ġġiġkom biex nersqu għall għall-Qrar u nieħdu sehem fil-Quddiesa.

Biex inħejju ħejju ruħna aħjar għal dak li ser ni niċċellebraw fil-Milied, beħsiebna ħsiebna biex kull nhar ta’ Ġimgħa matul l-Avvent, ikollna l-Lectio Lectio Divina, jiġifieri nitolbu bil-Kelma Kelma ta’ Alla u nimmeditaw l-Evanġelju tal-Ħadd Ħadd li jkun ġej. Din tkun mis-7.00pm sas-7.30pm 7.30pm u ssir fil fil-Knisja ż-Żgħira. Nhar il-Ġimgħa ħa titmexxa minn Dun Joe Mifsud. Kulħadd huwa mħe mħeġġeġ ġġeġ li jattendi.

Nhar is-Sibt niċċellebraw il-festa festa tal-Immakulta Kunċizzjoni. Il-Quddies Quddies fil-Parroċċa fil jkun bħal nhar ta’ Sibt. Xieraq li dakinhar nieħdu nie sehem fil-Quddiesa u nitolbu bħala ħala familja it-talba it tar-Rużarju.

Matul l-Avvent, is-Sibt Sibt fil fil-5.00pm, nitolbu flimkien mal-Knisja it-talba talba tal-Għasar/talba tal ta’ filgħaxija.

Nhar il-Ħadd li ġej fil-Quddiesa Quddiesa tal tal-11.00am ikollna ċ-Ċelebrazzjoni tal-Mag Magħmudija.

Il-Grupp il-ġdid taż-Żgħażagħ Żgħażagħ IMPACT tal-Parroċċa, nhar il-Ħadd li ġej ser jorganizza Bake Sale, fuq iz-zuntier tal-Knisja, Knisja, biex jkunu jistgħu jsebbħu l-ambjent fejn jiltaqgħu. ħu. Għalhekk nħeġġiġkom biex nixtru xi ħaġa ġa tajba mingħandhom, ħalli b’hekk ninkoraġġihom fil fil-ħidma ħidma tagħhom.

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184• •

T EL: 2 1 14 4 8 63 5 50 0


Matul l-Avvent, bħala Parroċċa beħsiebna biex ngħinu lid-Dar ta’ St. Patrick’s tas-Sliema. Din hija dar immexxija mis-Salesjani ta’ Don Bosco u tilqà fiha tfal u żgħażagħ minn sebà sa tmintax–il sena. Taħt il-girlanda tal-Avvent, wieħed issib tlieta u tletin envelope, kemm bħal issa hemm persuni jgħixu f’din id-dar, bix-xewqa tagħhom ta’ rigal li jixtiequ f’dan il-Milied. Inħeġġiġkom biex ninpenjaw ruħna ħalli b’dan il-ġest inferrħu lil dawn it-tfal u żgħażagħ. Ir-rigali tistgħu tgħadduhom jew fis-sagristija jew fl-Uffiċċju Parrokkjali sal-Ħadd 16 ta’ Diċembru.

Dawk li jqassmu l-FLIMKIEN, huma mitluba sabiex jieħdu l-kopji tagħhom mill-Kripta. Grazzi ta’ dan is-servizz.

Bħala Parroċċa nixtiequ nifirħu u nawguraw lil dawk kollha li f’dawn il-jiem qed jiggradwaw mill-Università ta’ Malta, jew minn xi Istituzzjoni Edukattiva oħra. J’Alla b’dan is-suċċess li qed jagħmlu jkunu dejjem ta’ ġid fis-Soċjetà tagħna.

Infakkaru lit-tfal li hawn fil-Knisja, biex fi tmiem tal-Quddiesa, jieħdu l-fuljett l-Aħbar it-Tajba minn ħdejn l-bibien tal-Knisja.

Fit-talb tagħna niftakru f’ħutna Vincent Farrugia u Nicholas Borg li mietu mill-Parroċċa tagħna, matul din il-ġimgħa. Nitolbu għalihom u għal ħutna l-mejtin kollha. Agħtihom o Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem...

Paċi u barka Fr. Eucharist Zammit Kappillan


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.