Avvizi 03 04 2016

Page 1

Parroċċa San Sebastjan

ĦAL QORMI - MALTA

2 ĦADD GĦID C

3 ta’ April 2016

____________________________________________________________________________________  

  

Illejla fil-5.00pm issir adorazzjoni fl-okkażżjoni tal-Festa tal-Ħniena Divina. Matul din il-ġimgħa ser ikompli t-tberik f’dawn it-toroq: It-Tnejn 4 ta' April

pm Triq l-Imdina (Minn Triq il-Vitorja - ħdejn l-Easysell - sa Triq Santa Katerina)

It-Tlieta 5 ta' April

am Triq il-Ġdida pm Triq l-Imdina (Minn Triq Santa Katerina sa Triq iċ-Ċawsli)

L-Erbgħa 6 ta' April

pm Triq il-Kbira, Triq Mifsud Ellul, Triq is-Sienja

Il-Ħamis 7 ta' April

am Triq Correa,Triq il-Flora pm Triq Gorg Borg & 20 ta' Jannar, Vjal De La Cruz

Il-Ġimgħa 8 ta' April

pm Triq it-Tin / Misraħ iż-Żebbuġ / Triq Ħal Luqa

Kemm hu possibbli nippruvaw li nkunu l-familja kollha preżenti għat-tberik. Sabiħ li aħna ssaċerdoti jkollna l-ħin biex nitkellmu mal-familji. Ma għandniex niġu sfurzati biex nieħdu ikel u xorb. Nhar il-Ħadd li ġej fl-4.00pm ser issir laqgħa għall-miżżewġin kollha, fil-Kripta tal-Knisja, mmexxija minn Fr Robert Grech, li mexxa l-eżerċizzi tal-miżżewġin fir-Randan li għadda. Għandha tkun laqgħa interessanti ħafna. Mit-Tlieta 12 ta’ April ser jibda kors ta’ ħames laqgħat dwar is-sena tal-Ħniena. Dan ser jitmexxa mill-Patrijiet Dumnikani, Jibda fis-7.15pm. Hija okkażżjoni biex niffurmaw ruħna aktar fil-fidi tagħna.

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


   

Nhar il-Ħamis 14 ta’ April fil-għodu issir attività soċjali. Biljetti mingħand Consiglia Abela. Wasal il-fuljett Flimkien ta’ April li fih il-programm sħiħ tat-tberik. Distributuri jistgħu jiġbruh mill-uffiċċju parrokkjali. F’dawn il-ġranet qed jiġi rranġat il-bieb tal-ġenb tal-Knisja ż-Żgħira. Dan ix-xogħol u lfinanzjament tiegħu qed jiġi kkordinat mis-sur Carmelo Falzon. Il-Kap tal-Iskola, Kulleġġ San Injazju, Primarja Ħal Qormi San Sebastjan, tixtieq tavża lill-ġenituri li huma residenti fil-Parroċċa San Sebastjan u li għandhom tfal li twieldu minn Jannar sa Diċembru 2013 u minn Jannar sa April 2014, biex imorru l-iskola jiġbru l-formola biex jiktbu lil uliedhom liskola kemm jista’ jkun malajr.

Paċi u barka Fr Joseph Buhagiar Kappillan


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.