Avviżi Tal-Kommunità Parroċċa San Sebastjan
ĦAL QORMI - MALTA
PENTEKOSTE
4 ta’ Ġunju 2017
____________________________________________________________________________________
Nilqgħu fostna lil Fr Joe Mifsud li ser jibda jagħti servizz regolari fil-Parroċċa tagħna.
Nhar l-Erbgħa filgħaxija, għall-quddiesa tas-6.30pm mistiedna jattendu t-tfal li sejrin jirċievu lGriżma tal-Isqof f’Novembru li ġej flimkien mal-ġenituri u l-parrini. Din hija okkażżjoni importanti fit-tħejjija għall-Ġriżma u għalhekk il-ġenituri u t-tfal għandhom jagħmlu sforz biex jattendu.
Nhar il-Ħadd li ġej tiġi ċċelebrata l-quddiesa tal-Ewwel Tqarbina lil 90 tifel u tifla mill-Parroċċa tagħna. Il-quddiesa tal-Ewwel Tqarbina tibda fl-10.00am. Il-quddies tad-9.30 u 11.00am isiru fil-Kripta. Matul din il-ġimgħa nitolbu għal dawn it-tfal u l-familji tagħhom.
Il-Ħadd fis-6.00pm issir quddiesa ta’ tislima lil Fr Brian li temm il-ħidma tiegħu fil-parroċċa tagħna wara li ġie maħtur minn Mons Arċisqof bħala Kappillan tal-Kalkara.
Nhar il-Ħamis li ġej ser jiġi organizzat breakfast, il-Qawra. Biljetti mill-Uffiċċju Parrokkjali u mill-helpers tal-Knisja.
Paċi u barka
Fr Joseph Buhagiar Kappillan
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184 • TEL: 2148 6350 • E-MAIL: info@qormisbparish.org