Avviżi 5 ta' Frar 2017

Page 1

Avviżi Tal-Kommunità

Parroċċa San Sebastjan

ĦAL QORMI - MALTA

5 ĦADD A

5 ta’ Frar 2017

____________________________________________________________________________________ •

(5.15pm) Illejla fiċ-Ċentru Parrokkjali ser jintwera l-film ‘Heaven is for Real’ fis-6.30pm. Dħul minn Triq San Bartilmew. Huwa film ta’ ispirazzjoni kbira. Kulħadd mistieden.

Nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Frar niċċelebraw il-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl f’pajjiżna. Hija Festa Kmandata u l-ħin tal-quddies ikun bħal nhar ta’ Ħadd. Il-quddiesa tal-Ħamis filgħaxija tkun tgħodd għall-għada.

Nhar il-Ħamis u il-Ġimgħa, il-Knisja ż-Żgħira ser tkun magħluqa biex tkun tista’ titwaħħal issopraporta fuq il-bieb prinċipali, wara restawr li ilu sejjer ix-xhur. Hija ħaġa sabiħa ħafna li dan ilproġett qed joqrob biex jitlesta. Għal din l-okkażżjoni, nhar il-Ħadd 12 ta’ Frar, fl-4.30pm, filKnisja ż-Żgħira ser issir it-talba tal-Għasar flimkien ma’ adorazzjoni.

Is-Sibt li ġej issir l-adorazzjoni għall-qdusija tal-Kleru, fil-Knisja Parokkjali tal-Gżira, mid-9.0011.00pm.

Il-Ħadd li ġej fil-quddiesa tad-9.30am issir iċ-ċelebrazzjoni tal-magħmudija.

Il-Ħamis 9 ta’ Marzu ser isir coffee morning Buġibba. Tluq fid-9.00am. Biljetti mill-helpers talKnisja u mill-Uffiċċju Parrokkjali.

Il-Ħadd li ġej wara nofs in-nhar fit-Teatru taċ-Ċentru Parrokkjali il-Pageant grupp ser itellgħa rappreżetazzjoni divertenti għall-familja kollha fit-3.30pm.

Paċi u barka Fr Joseph Buhagiar Kappillan

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL : 2 1 4 8 6 3 5 0

E- M AI L: i nf o@q or mi sb par i s h. org


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.