Avviżi Tal-Kommunità
Parroċċa San Sebastjan
ĦAL QORMI - MALTA
1 RANDAN A
5 ta’ Marzu 2017
____________________________________________________________________________________
•
Bħala nsara aħna mħeġġin nieħdu dan ir-Randan b’impenn kbir: nersqu lejn Ġesù fit-talb personali, fis-sehem fil-quddiesa, anke l-quddiesa ta’ kuljum; fis-sagrifiċċji personali li nagħmlu li għandhom iwassluna biex nuru imħabba sinċiera lejn xulxin. Dan iż-żmien huwa żmien ta’ grazzja minn Alla. Ma nħalluhx jgħaddi bla ma jiġri xejn ġo fina.
•
Matul dan ir-Randan ser isiru l-Eżerċizzi tal-Miżżewġin mill-20 – 24 ta’ Marzu, fis-7.15pm, filKripta tal-Knisja. Inħeġġeġ lill-koppji biex iżommu liberi dawn id-dati, ħalli jkunu jistgħu jisimgħu kelma li tagħmel il-ġid lill-ħajja tagħhom.
•
Eżerċizzi għal kulħadd ser isiru bejn is-27-31 ta’ Marzu, fid-9.00am. Dawn l-eżerċizzi wkoll għandhom ikunu opportunità biex nersqu aktar qrib ta’ Ġesù.
•
Nhar l-Erbgħa issir il-laqgħa għan-nisa romol u separati.
•
Il-Ġimgħa wara l-quddiesa ta’ filgħaxija ikun hemm il-Lectio Divina fil-Kappella tas-Sagrament filKnisja Parrokkjali.
•
L-Adorazzjoni għall-qdusija tal-Kleru ser issir nhar is-Sibt li ġej fil-Parroċċa ta’ San Lawrenz, ilBirgu.
•
Il-Ħadd li ġej fis-9.30am issir il-quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tal-Magħmudija.
•
Nhar il-Ħamis issir attività soċjali, Tas-Sliema. Biljetti mill-Uffiċċju Parrokkjali jew il-Helpers talKnisja.
•
Il-Kap tal-Iskola Primarja tavża lill-ġenituri li għandhom tfal li twieldu fl-2014 biex jiktbu lil uliedhom malajr kemm jista’ jkun fl-iskola.
•
Il-ġabra għas-Seminarju tal-Ħadd li għadda laħqet is-somma ta’ €2100. Grazzi li kull min ta’ lkontribut tiegħu.
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL : 2 1 4 8 6 3 5 0
•
E- M AI L: i nf o@q or mi sb par i s h. org
•
Ħdejn l-istatwa tar-Redentur li tqegħdet fil-Knisja għaż-żmien tar-Randan qed jiġi ppreżentat iddisinn tal-bankun li jrid isir għal din l-istatwa u li ser jiġi jiswa €20,000. Kontribuzzjonijiet għal dan il-proġett huma milqugħa.
Paċi u barka Fr Joseph Buhagiar Kappillan