Avviżi tal-Ko Komunità Parroċċa San Sebastjan Ħal Qormi
It-Tielet Ħadd tal-Għid ħid
5 ta’ Mejju 2019
Nhar it-Tnejn/Għada se norganizzaw pellegrina pellegrinaġġ għall-Kappella tal-Museum Museum fil-Blata fil l-Bajda, fejn hemm il-fdalijiet ta’ San Ġorġ Preca. Nitilqu minn ħdejn il il-Knisja, fil--5.15pm, kif naslu jkollna Quddiesa fis-6.00pm 6.00pm u wara mument qasir ta’ talb u adorazzjoni mill mill-kitba kitba ta’ San Ġorġ Preca. Fl-aħħar ħħar jkollna ħin biex wieħed jitlob quddiem il il-fdalijiet ta’ San Ġorġ Preca b’mod privat. Min jixtieq jattendi u se juża tt-trasport, huwa mitlub li jagħti ismu fis-sagristija. sagristija. It It-trasport huwa mingħajr ħlas.
Matul il-ġimgħa li ġejja, nkomplu bit bit-tberik tal-familji. Infakkru li t-tberik tberik jibda fl fl-4.00pm u l-offerta tagħkom tat-tberik tberik se tmur għall-proġetti taz-zuntier u tal-Koppla Koppla tal tal-Knisja. Il-programm tat-tberik tberik g għal din il-ġimgħa huwa dan: It-Tlieta: Tlieta: Triq San Benedittu, Dun Bert u Santa Marija. L-Erbgħa: ħa: Triq iż iż-Żinżel, San Rafel u Triq il-Għaqda. Il-Ħamis: Triq l-Imdina Imdina ( Minn Triq Santa Katarina sa Triq iiċ--Ċawsli). Il-Ġimgħa: Triq l--Imdina (minn Triq Santa Katarina sa Triq il--Vitorja-ħdejn l-Easysell).
Nhar l-Erbgħa fis-6.30pm, 6.30pm, fil-Kripta, fil ssir il-laqgħa ta’ dawk l-Ommijiet Ommijiet li jrabbu weħidhom. we
Il-Ħamis, il-Grupp tal-Fundrasing Fundrasing tal tal-Parroċċa se jorganizza l-ikla għall-Jum Jum l-Omm, l li ser issir, in-Nigret, ir-Rabat. Rabat. Aktar dettalji mingħand il-helpers tas-soltu u mill-Uffi Uffiċċju Parrokkjali.
Nhar il-Ħamis, niċċellebraw ċċellebraw il il-festa liturġika tal-Qaddis Malti, San Ġorġ Preca. Il-Quddiesa Il tas-6.30pm, 6.30pm, ser tkun animata mill-membri mill tal-Museum. It-tfal tfal kollha huma mistiedna jattendu g għal din il-Quddiesa.
Nhar is-Sibt, fis-6.30pm, fiċ-Ċ Ċentru Parrokkjali, se jintwera l-film Mary Magdalene. Magdalene Kulħadd huwa mistieden u dħul ħul ikun minn Triq San Bartilmew.
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 21 48 6 3 35 50
Nhar il-Ħadd, l-Arċisqof ser jordna ħames Djakni ġodda, fosthom lis-seminarista Osmar Baldacchino li jinsab fostna biex jgħix iż-żmien tad-djakonat fil-Parroċċa tagħna. Huwa jixtieq jistieden lil kulħadd, biex ningħaqdu miegħu għalll-Quddiesa tal-Ordinazzjoni, li tibda fid-9.00am u li ser issir fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt. Mill-Parroċċa tagħna se norganizzaw trasport li jitlaq fit-8.00am minn ħdejn il-Knisja. Minn se juża trasport, li ser ikun mingħajr ħlas, huwa mitlub biex jagħti ismu fl-Uffiċċju Parrokkjali. Bi tħejjija għal dan il-mument, nhar il-Ġimgħa, wara l-Quddiesa tas-6.30pm, se norganizzaw mument ta’ Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija, sabiex nitolbu għal dawn id-djakni l-ġodda, kif ukoll għal aktar vokazzjoniet mill-Parroċċa tagħna.
Nhar il-Ħadd niċċellebraw Jum l-Omm, fid-9.30am issir il-Quddiesa fiċ-Ċimiterju għall-Ommijiet mejtin.
Nfakkru li mit-Tnejn 13 sal-Ħamis 16 ta’ Mejju ser issir Ġimgħa ta’ Tagħlim, organizzata mill-membri tal-Museum tas-Subien. Din issir fil-Knisja ż-Żgħira u tkun fis-7.00pm. Kulħadd huwa mistieden.
Il-Ġimgħa 17 ta’ Mejju, ser ikollna l-grazzja li nilqgħu fil-Parroċċa tagħna l-kwadru devot tal-Madonna ta’ Pinu. Dakinhar filgħaxija, fis-7.00pm jkollna Quddiesa mmexxija mill-Isqof ta’ Għawdex Mons Mario Grech u wara jkollna pellegrinaġġ bil-kwadru tal-Madonna, aux flambeaux mat-toroq tal-Parroċċa li jintemm fil-Knisja ż-Żgħira. Il-Kwadru, iddum fostna sat-Tnejn 20 ta’ Mejju. Aktar dettalji issibuhom fuq il-FLIMKIEN ta’ Mejju.
Infakkru biex matul dan ix-xahar ta’ Mejju, ninġabru bħala familja biex nitolbu flimkien it-talba tar-Rużarju. Infakkar li fil-Knisja nitolbu din it-talba kuljum, fis-7.25am u filgħaxija fis-6.00pm.
Is-Soċjetà tal-Museum, Sezzjoni Feminili tixtieq tistiden lil dawk li huma interesati fl-ispiritwalità ta’ San Ġorġ Preċa għal-laqgħa bit-tema “San Ġorġ Preca u l-Madonna”. Din il-laqgħa se ssir nhar it-Tlieta 7 ta’ Mejju 2019 mill-10:00 sal-11:30am u tirrepeti ruħha l-Ħamis 16 ta’ Mejju mill-5:30pm sas-7:00pm ġewwa d-Dar Ċentrali, fil-Furjana. Kulħadd huwa mistieden
Paċi u barka
Fr. Eucharist Zammit Kappillan