Avviżi 9 t'April 2017

Page 1

Avviżi Tal-Kommunità

Parroċċa San Sebastjan

ĦAL QORMI - MALTA

ĦADD IL-PALM

9 ta’ April 2017

____________________________________________________________________________________ •

Nhar it-Tnejn li ġejjin ser issir Via Sagra fit-toroq tan-naħa tas-Shopwise. Tibda fis-7.15pm minn Triq Mario Pace u ddur it-toroq ta’ dawk in-naħat. Inħeġġu lir-residenti ta’ dawn it-toroq biex jieħdu sehem f’din it-talba tant xierqa f’dawn il-ġranet.

It-Tlieta wara l-quddiesa ta’ filgħaxija issir l-Adorazzjoni tal-Pjagi.

It-Tlieta u l-Erbgħa ser jittellgħa d-dramm tal-passjoni Il-Messija mill-Pageant Group tal-Parroċċa fitTeatru taċ-Ċentru Parrokkjali.

Il-Ħamis: Ħamis ix-Xirka – bidu tat-Tliet Ijiem Imqaddsa ta’ l-Għid. Filgħodu ma jkunx hawn quddies. Fil-Knisja ż-Żgħira isir it-talb ta’ Sbiħ-il Jum, fit-7.45am. Huwa talb sabiħ, li jixraq ħafna għal dawn ilġranet. Fl-4.30pm issir il-quddiesa għat-tfal, li fiha jġibu l-karus li ġemmgħu matul ir-Randan. Tfal kollha tal-parroċċa għandhom jattendu. Fis-6.30pm tiġi ċċelebrata l-quddiesa solenni tifkira tat-twaqqif ta’ l-Ewkaristija. Wara, s-Sagrament jiġi trasportat għall-Artal tar-Reposizzjoni, fejn issir l-vista. Fl10.30pm issir sahra ta’ talb organizzata mill-Gruppi Familji Nsara. Importanti ħafna li nieħdu sehem fil-quddiesa, u li nagħmlu ħin ta’ talb fil-preżenza tal-Mulej.

Il-Ġimgħa l-Kbira: Jum ta’ Sawm u Astinenza. Ma jiswiex li nieklu laħam. Naraw li s-sawm tagħna ikun veru sawm billi nnaqsu mill-kwantità u mill-kwalità ta’ ikel li s-soltu nieklu u billi nibqgħu lura minn affarijeit oħra li jgħoġġbuna. Fit-8.00am isir it-talb ta’ Sbiħ il-Jum fil-Knisja Parrokkjali. Fit3.00pm Tifkira Solenni tal-Mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu: funzjoni sabiħa mmens li ma għandniex nitilfu.

Is-Sibt filgħodu fit-8.00am talb ta’ Sbiħ-il Jum fil-Knisja ż-Żgħira. Fit-8.00pm, il-velja tal-Lejl Qaddis tal-Għid il-Kbir: l-akbar festa li għandna fil-Knisja, u li għaliha wkoll għandna nkunu preżenti.

Ħadd il-Għid: wara l-quddiesa tat-8.00am toħroġ il-purċissjoni bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt, li ddur mattoroq tal-Parroċċa tagħna u tidħol lura f’nofs in-nhar, fejn fuq iz-zuntier isir it-tberik tal-figolli.

Wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa qed issir fis-seda tas-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda. Din tiftaħ il-Ħadd 9 ta' April, 2017.

Nhar l-Erbgħa 12 ta' April 2017 fil-parroċċa tagħna ser nilqgħu lil European School of Brussels Orchestra li ser tkun qed ittella' kunċert fil-kripta tal-Knisja Parrokkjali fis-7.15pm. Dan il-kunċert qed jittella' bil-kollaborazzjoni tal-Għaqda Każini tal-Banda u l-Parroċċa ta' San Sebastjan. Dħul ser ikun mingħajr ħlas.

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL : 2 1 4 8 6 3 5 0

E- M AI L: i nf o@q or mi sb par i s h. org


Fuq wara tal-Knisja ser ikun hemm kaxxi apposta għal min f’dawn il-ġranet jixtieq jagħti offerta għallfamilji fil-bżonn.

Naprezzaw ħafna lil min f’dawn il-ġranet iġib weraq tal-belladonna għat-tiżjin tal-Knisja.

Intom u ħergin minn din il-quddiesa, iż-żgħażagħ tal-parroċċa qed ibiegħu affarijiet tal-ħelu homemade fuq iz-zuntier. Ninkuraġġuhom fil-ħidma tagħhom fil-parroċċa.

Paċi u barka Fr Joseph Buhagiar Kappillan


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.