Avviżi 9 ta' Ġunju 2019

Page 1

Avviżi tal-Ko Komunità Parroċċa San Sebastjan Ħal Qormi

Pentecoste 

9 ta’ Ġunju 2019

Qed niċċelebraw il-festa festa ta’ Pentecoste, g għada/llum għall-Quddiesa Quddiesa tal-11.00am tal qed nistidenu lill-adolexxenti li ser jagħmlu ħmlu ll-Griżma tal-Isqof f’Novembru, Novembru, flimkien mal-ġenituri tagħhom. Huma se jagħmlu t-talba tagħhom ħhom biex jir jirċievu dan is-Sagrament.

Bħala Parroċċa, għada/llum ser norganizzaw Pellegrinaġġ għall-Grotta Grotta ta’ San Pawl, fir fir-Rabat. Nitilqu minn ħdejn il-Knisja Knisja fil fil-5.00pm, biex kif naslu lu jkollna mument ta’ talb u niċċelebraw il-Quddiesa. Inkunu lura Ħal Qormi għall għall-ħabta tas-7.30pm. Min jixtieq jattendi jag jagħtina ismu fis-sagristija.

tfal li ser jag jagħmlu l-Ewwel el Tqarbina ser ikollhom programm apposta. Matul il-ġimgħa li ġejja, it-tfal Nitlob lill-ġenituri enituri biex isegwu l-fuljett li tqassam apposta. Infakkar lill-ġenituri enituri li kemm il il-Hamis u kemm il-Ġimgħa, ħa, hawnhekk fil fil-Knisja mill-5.00pm ‘l quddiem ser ikun hawn il il-Qrar.

Il-Ħamis, ser ikollna l-Coffee offee Morning, fil fil-lukanda Bella Vista, il-Qawra. Qawra. It-Tluq It ikun fid-9.00am minn ħdejn il-Knisja. Knisja. Biljetti ming mingħand il-helpers jew mill-Uffiċċju ċċju Parrokkjali.

Il-Ġimgħa, se norganizzaw attività g għall-Irġiel, fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier. Missier. Nibdew fis-7.00pm bil-Quddiesa, fil-Knisja u wara jkollna trasport g għall-ikla f’ta’ ta’ Canti, Ħaż-Żebbuġ. Il-booking mill-Uffiċċju Parrokkjali. Navżaw li dakinhar ll-Quddiesa ta’ filgħaxija ħaxija tkun fis-7pm, fis mhux fis-6.30pm.

Il-Ħadd li ġej, huwa jum ta’ ferħ għall għall-Parroċċa ċċa tagħna, għaliex 73 tifel u tifla ser jersqu biex jirċievu lil Ġesù għall-ewwel ewwel darba. Fl Fl-10.00am it-tfal tal-Ewwel Ewwel Tqarbina joħorġu jo f’purċissjoni mill-Knisja Żgħira għall-Knisja Knisja Parrokkjali, fejn fl fl-10.30am tibda l-Quddiesa Quddiesa tal-Ewwel tal Tqarbina bis-sehem tal-ġenituri tagħhom. ħhom. Navżaw li għal nhar il il-Ħadd li ġej, l-Quddies l tad-9.30am u tal-11.00am jsir fil-Kripta tal--Knisja.

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 21 48 6 3 35 50


Il-Ħadd li ġej, fil-5.00pm, fil-Knisja, ssir l-Adorazzjoni tal-Ħniena Divina.

It-Tnejn 17 ta’ Ġunju mill-10.00am sal-11.00am fil-Kripta ssir l-Adorazzjoni mmexxija mis-Sup. Joe Fenech.

Il-Ġabra speċjali li kellna l-Ħadd li għadda b’risq il-Knisja kienet ta’ €1,230. Grazzi ħafna mill-qalb.

Bħal issa l-kolletturi tal-Parroċċa, qed jiġbru l-envelopes għall-festa ta’ ġewwa ta’ San Bastjan. Inħeġġukom biex tkunu ġnerużi u jekk ma kontux d-dar meta sar il-ġbir, tistgħu tħallu l-offerta tagħkom, fil-ġbir waqt il-Quddiesa.

Fit-talb tagħna niftakru f’Rose Conti, Georgia Borg, Saverina Magri u Carmelo Abela li mietu millParroċċa tagħna matul din il-ġimgħa. Nitolbu għalihom u għal mejtin kollha. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Paċi u barka Fr. Eucharist Zammit Kappillan


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.