Avviżi Tal-Kommunità Parroċċa San Sebastjan
ĦAL QORMI - MALTA
14 ĦADD A
9 ta’ Lulju 2017
____________________________________________________________________________________ •
Sejrin nibdew ġimgħa importanti għall-Parroċċa tagħna: il-ġimgħa li fiha niċċelebraw il-Festa Titulari ta’ San Sebastjan.
•
It-Tnejn il-quddiesa tkun fis-7.00pm u wara l-quddiesa toħroġ l-istatwa ta’ San Sebastjan fuq izzuntier tal-Knisja.
•
It-Tlieta issir ċelebrazzjoni għat-tfal, li tibda b’korteo minn quddiem il-MUSEUM tas-subien għallKnisja Parrokkjali, fejn issir il-quddiesa fis-7.00pm. Inħeġġu lit-tfal kollha biex jattendu.
•
L-Erbgħa, Ħamis u Ġimgħu huma l-ġranet tat-Tridu, bil-priedka minn Fr Christian Borg OFM Conv, kappillan ta’ Burmarad.
•
Is-Sibt lejliet il-festa fit-8.00am issir il-quddiesa tat-Te Deum. Filgħaxija issir il-quddiesa tal5.15pm u wara t-Translazzjoni tar-Relikwa u l-kant tal-Għasar. Il-quddiesa tat-7.45pm issir fit8.00pm.
•
Il-Ħadd li ġej, jum il-festa, ikollna l-quddiesa tas-6.30am u fit-8.15am il-quddiesa solenni tal-Festa bil-paniġierku minn Fr Andrew Galea OFM Conv. Issir ukoll il-quddiesa tal-11.00am u tas6.00pm. Wara toħroġ il-purċissjoni bl-istatwa ta’ San Sebastjan.
•
Il-Festa hija prinċipalment festa reliġjuża. Inħeġġeġ għal attendenza tajba għall-quddies matul din il-ġimgħa, inkluż il-ġranet tat-tridu, u b’mod partikulari għall-quddiesa tal-Paniġierku il-Ħadd filgħodu. Kull min jiġi l-Knisja għandu jkun liebes ilbies li jixraq lid-Dar ta’ Alla. F’kull ħin taċċelebrazzjoni tal-Festa, inkluż dawk ta’ barra, mistennija imġieba dinjituża u rispettuża. Mhux aċċettabli tgħajjir, insulti, jew eċċess ta’ xorb alkoħoliku. Irridu nkunu proxxmu ta’ xulxin anke f’dawn il-ġranet.
•
Il-Festa tinvolvi spejjeż kbar. Inħeġġeġ ġenerożità kbira fl-offerti tagħkom fl-envelopes tal-festa u fil-ġbir li jsir fil-quddies. Min ma kienx id-dar meta ġew il-kolletturi mitlub li jġib l-envelope ilKnisja.
•
Nawgura lil kulħadd li jkollna ġimgħa sabiħa flimkien, u li ċ-ċelebrazzjonijiet li nagħmlu flimkien iressquna aktar lejn il-Mulej.
Paċi u barka
Fr Joseph Buhagiar Kappillan TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL : 2 1 4 8 6 3 5 0
•
E- M AI L: i nf o@q or mi sb par i s h. org