Avviżi Tal-Kommunità Parroċċa San Sebastjan
ĦAL QORMI - MALTA
TRINITA` QADDISA
11 ta’ Ġunju 2017
____________________________________________________________________________________
•
Għada / Dal-għodu ser tiġi ċċelebrata l-Ewwel Tqarbina lil 90 tifel u tifla mill-Parroċċa tagħna. Ilquddiesa tal-Ewwel Tqarbina tibda fl-10.00am. Il-quddies tad-9.30 u 11.00am isiru fil-Kripta. Inżommu lil dawn it-tfal u l-familji tagħhom fit-talb tagħna.
•
Għada fil-għaxija / illejla fis-6.00pm issir quddiesa ta’ tislima lil Fr Brian li temm il-ħidma tiegħu fil-parroċċa tagħna wara li ġie maħtur minn Mons Arċisqof bħala Kappillan tal-Kalkara. Kulħadd mistieden.
•
It-Tlieta fis-6.00pm ser issir laqgħa għall-persuni kollha li jixtiequ jagħtu l-għajnuna tagħhom filLejla Maltija li ssir ġimgħa qabel il-festa. Il-laqgħa ssir fil-Kripta.
•
L-Erbgħa li ġejjin issir il-laqgħa tal-ommijiet li jrabbu lil uliedhom weħidhom, fis-6.30pm filKripta. L-Erbgħa wkoll issir il-laqgħa ta’ meditazzjoni fis-7.15pm fiċ-Ċentru Parrokkjali.
•
Nhar il-Ħamis li ġej issir il-Purċissjoni b’Ġesù Sagramentat u bis-sehem tat-tfal tal-Ewwel Tqarbina. Ikollna l-quddiesa fis-6.30pm u wara toħroġ il-purċissjoni li tgħaddi minn Triq il-Vitorja, Triq iż-Żinżell, Triq San Dwardu, Triq il-Ġdida, Triq San Bastjan u Triq San Bartilmew. Hija okkażżjoni fejn il-Parroċċa kollha mistiedna tieħu sehem, biex nuru l-fidi tagħna li twassalna biex nagħtu qima xierqa lill-Ewkaristija.
•
Il-Ġimgħa fis-7.30pm Adorazzjoni għall-Katekisti kollha, fil-Knisja ż-Żgħira.
•
Il-Ħadd li ġej hija l-Festa ta’ Corpus Christi. Issir ġurnata sħiħa ta’ Adorazzjoni fil-Knisja ż-Żgħira, mis-7.00am – 7.00pm. Fis-7.00pm tingħad it-talba ta’ l-Għasar u tingħata l-Barka Sagramentali. Sabiħ li nsibu l-ħin f’din il-ġurnata biex ngħaddu ħin fil-preżenza ta’ Ġesù Sagramentat.
•
Infakkru li l-booking għall-kors ta’ tħejjija għaż-żwieġ huwa miftuħ. L-għarajjes huma mħeġġa li jagħmlu l-kors ta’ tħejjija madwar sentejn qabel iż-żwieġ.
Paċi u barka
Fr Joseph Buhagiar Kappillan
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL : 2 1 4 8 6 3 5 0
•
E- M AI L: i nf o@q or mi sb par i s h. org