Avviżi Tal-Kommunità
Parroċċa San Sebastjan
ĦAL QORMI - MALTA
6 ĦADD A
12 ta’ Frar 2017
____________________________________________________________________________________
•
Għada l-Ħadd / Illum fl-4.30pm, fil-Knisja ż-Żgħira ser issir adorazzjoni bit-talba tal-Għasar flokkażżjoni tat-tqegħid tas-sopraporta l-kbira wara li ġiet restawrata. Ir-restawr tagħha sewa’ €7700 u sa issa inġabru €7000.
•
Il-Ħadd li ġej issir l-Adorazzjoni tal-Ħniena Divina fil-5.00pm.
•
Matul din il-ġimgħa ser isir tberik fil-Bloks tal-Gvern no. 3 u 4.
•
Għada / illum fit-3.30pm il-Pageant Group ser itellgħa rappreżentazzjoni divertenti fit-Teatru taċĊentru Parrokkjali, miftuħa għall-familji kollha.
•
Nhar l-Erbgħa 15 ta’ Frar fil-Każin tal-Banda ser issir taħdita dwar il-widien ta’ Ħal Qormi, fis7.00pm.
•
Nixtieq infakkar fuq l-importanza tal-prudenza min-naħa ta’ min jitla bil-karozza fuq iz-zuntier talKnisja. Għandhom jipparkjaw biss dawk li huma verament anzjani u dawk li għandhom il-badge talpersuni b’diżabiltà. Min jipparkja bla bżonn jista’ jkun li jkun qed itellef lil min verament ma jistax jagħmel mod ieħor milli jattendi l-quddiesa.
Paċi u barka Fr Joseph Buhagiar Kappillan
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL : 2 1 4 8 6 3 5 0
•
E- M AI L: i nf o@q or mi sb par i s h. org