Avviżi Tal-Kommunità
Parroċċa San Sebastjan
ĦAL QORMI - MALTA
2 RANDAN A
12 ta’ Marzu 2017
____________________________________________________________________________________ •
Inħabbru b’ferħ il-Vista Pastorali ta’ Mons Arċisqof Charles Scicluna fil-Parroċċa tagħna, mill-2527 ta’ Marzu. F’din il-Vista Mons Arċisqof ser jiċċelebra il-quddiesa fil-Knisja Parrokkjali u jara mill-qrib il-ħidma li ssir fil-parroċċa tagħna. Lil Mons Arċisqof nilqgħuh fil-parroċċa tagħna bħala l-Kap Spiritwali tagħna. Programm tal-Vista Pastorali tirċevuh id-dar fi ftit ġranet oħra.
•
Infakkru fl-Eżerċizzi li jsiru fir-Randan: l-Ezerċizzi tal-Miżżewġin mill-20 – 24 ta’ Marzu, fis7.15pm, fil-Kripta tal-Knisja, waqt li eżerċizzi għal kulħadd ser isiru bejn is-27-31 ta’ Marzu, fid9.00am. Dawn l-eżerċizzi wkoll għandhom ikunu opportunità biex nersqu aktar qrib ta’ Ġesù.
•
Nhar il-Ħamis li ġej irċevejna stedina għall-membri tal-parroċċa tagħna biex nipparteċipaw filLectio Divina li ssir fil-Knisja tal-Kapuċċini l-Floriana, li ssir mill-Provinċjal tal-Kapuċċini Patri Martin Micallef. Din tibda fl-4.00 – 5.00pm. Trasport jitlaq minn quddiem il-Knisja fit-3.30pm.
•
Il-Ġimgħa wara l-quddiesa ta’ filgħaxija Lectio Divina fil-Kappella tas-Sagrament fil-Knisja Parrokkjali.
•
Il-Ħadd li ġej fil-5.00pm issir l-Adorazzjoni tal-Ħniena Divina.
•
Matul din il-ġimgħa ser isir tberik fi Triq Dun Gino Mangion u Triq il-25 ta’ Mejju.
•
Ħdejn l-istatwa tar-Redentur li tqegħdet fil-Knisja għaż-żmien tar-Randan qed jiġi ppreżentat iddisinn tal-bankun li jrid isir għal din l-istatwa u li ser jiġi jiswa €20,000. Kontribuzzjonijiet għal dan il-proġett huma milqugħa.
•
Is-Soċjetà Filarmonika Pinto tistedinkom għall-kunċert Pinto Youths in Concert. Il-kunċert ser jittella għada / illum il-Ħadd 12 ta' Marzu 2017 fit-teatru taċ-Ċentru Parrokkjali fis-7.15pm. Ilkantant mistieden ser ikun ħadd ħlief Enzo Guzman. Dħul b'xejn.
•
Bejn l-1 u 8 ta’ Awwissu ser issir ġita għas-Slovenja, li tinkludi Lake Bled. Booking mill-Uffiċċju Parrokkjali. Hemm roħs ta’ €50.00 għal min jibbukja sal-aħħar ta’ Marzu.
Paċi u barka Fr Joseph Buhagiar Kappillan
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL : 2 1 4 8 6 3 5 0
•
E- M AI L: i nf o@q or mi sb par i s h. org