Avviżi tal-Ko Komunità Parroċċa San Sebastjan Ħal Qormi
Ir-Raba’ Ħadd tal-Għid ħid
12 ta’ Mejju 2019
Għada/Illum, l-Arċisqof se jordna ħames Djakni ġodda, fosthom lis-seminarista seminarista Osmar Baldacchino li se jgħix iż-żmien tad-djakonat djakonat fil fil-Parroċċa tagħna. L-Ordinazzjoni Ordinazzjoni tibda fid-9.00am fid u ser issir fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann il il-Belt. Tajjeb li nżommu lil dawn id-djakni djakni fit-talb fit tagħna u tajjeb li nitolbu għal ħal aktar vokazzjoniet mill mill-parroċċa tagħna.
Għada/Illum, fid-9.30am ser issir il il-Quddiesa fiċ-Ċimiterju għall-Ommijiet Ommijiet mejtin.
Minn nhar it-Tnejn sal-Ħamis, Ħamis, fil fil-Parroċċa ċċa tagħna ser ikollna Ġimgħa ta’ Tagħlim, organizzata mill-membri tal-Museum tas--Subien. Dawn il-laqgħat ta’ formazzjoni zjoni huma miftuħa miftu għal kulħadd, jibdew fis-7.00pm u jsiru fil-Knisja Knisja ż-Żgħira. ż Għal dan il-għan il-Quddiesa Quddiesa ta’ filgħaxija tas-6.30pm f’dawn il-jiem ser isir ukoll fil fil-Knisja ż-Żgħira.
Matul il-ġimgħa li ġejja, nkomplu bit bit-tberik tal-familji. Infakkru li t--tberik jibda fl-4.00pm u l-Offerta tagħkom tat-tberik tberik ser tmur għall-proġetti taz-zuntier u tal-Koppla Koppla tal tal-Knisja. o Il-programm tat-tberik tberik g għal din il-ġimgħa huwa dan: o It-Tnejn: Tnejn: Triq Bellic u Ġuże Muscat Azzopardi. o It-Tlieta: Triq il-Ġdida. dida. o L-Erbgħa: Triq il-Poeżija, Poeżija, ll-Għana u Lydda. o Il-Ħamis: Triq id-Drama Drama u Ġuże Ellul Mercer.
Nhar il-Ġimgħa,, ser ikollna ll-grazzja li nilqgħu fil-Parroċċa tagħna l-kwadru kwadru devot tal-Madonna ta’ Pinu. Fis-7.00pm ser ikollna kollna Quddiesa mmexxija mill mill-Isqof ta’ Għawdex ħawdex Mons M Mario Grech u wara jkollna pellegrinaġġ bil-kwadru kwadru tal-Madonna, tal aux flambeaux li jgħaddi ħaddi mit mit-toroq: Il-Vitorja, San Rafel, San Bastjan u jintemm fuq iz iz-zuntier tal-Knisja ż-Żgħira, Żgħira, bil-Barka bil Sagramentali. Mid-9.00pm sa nofs ofs ilejl, ser ikollna velja ta’ talb u adorazzjoni ta’ Ġesù Ġes Ewkaristija f’riġlejn ix-xbieha tal-Madonna Madonna ta’ Pinu, fil-Knisja fil ż-Żgħira. Żgħira. Kull familja hija mistiedena biex f’dawn il-ħinijiet tmur fis-skiet tagħmel ħmel tt-talb tagħha fil-preżenza ta’ Marija, quddiem Ġesù Ewkaristija. Fid-9.30pm, fl-10.30pm u fil--11.30pm ser ikun hemm rużarju animat. F’nofs ofs ilejl tagħlaq il-Knisja. TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 21 48 6 3 35 50
Is-Sibt filgħodu mis-7.00am sal-10.00am il-kwadru ta’ Pinu jibqà espost fil-Knisja ż-Żgħira u fl-10.30am ser issir Quddiesa għal morda u l-anzjani, fil-Knisja ż-Żgħira stess. Inħeġġu lill-familjari sabiex jagħmluha possibli biex l-anzjani tagħna jattendu għal din il-Quddiesa.
Is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd il-Kwadru ta’ Pinu ser ikun meqjum fil-Knisja Parrokkjali. Il-Ħadd fid-9.30am ser ikollna il-Quddiesa tat-tfal u fil-11.00am quddiesa għal addolexenti u żgħażagħ animata mill-Grupp taż-Żgħażagħ Impact. Filgħaxija għall-Quddiesa tas-6.00pm, qed nistiednu lill-familji kollha sabiex iġibu t-trabi tagħhom sabiex jiġu ppreżentati lill-Madonna ta’ Pinu.
It-Tnejn 20 ta’ Mejju, mill-10.00am sal-11.00am, is-Superjur Joe Fenech imexxi l-Adorazzjoni fil-Knisja Parrokkjali fil-preżenza tal-kwadru tal-Madonna ta’ Pinu. Minn ħdejn il-bibien tal-Knisja, wieħed jista jieħu kopja tal-programm tal-attivitajiet marbuta maż-żjara tal-kwadru tal-Madonna ta’ Pinu fil-Parroċċa tagħna.
Il-ġabra li saret l-Ħadd li għadda b’ risq ħutna nsara f’Sri Lanka, li soffrew dak l-attakk terroristiku f’Ħadd il-Għid, kienet ta’ €2,418. Grazzi ħafna mill-qalb lil kulħadd.
Min jixtieq jirriklama fil-Ktieb tal-Festa, maħruġ mill-Parroċċa għall-festa ta’ San Bastjan, huma mitlub li jagħmel kuntatt mal-Uffiċċju Parrokkjali.
Il-Knisja f’Malta, il-Ħadd li ġej, ser tiċċellebra Jum il-Karita, għalhekk il-ġbir kollu li ser issir fil-weekend li ġej, ser imur għad-djar u l-istituti tal-Knisja, fejn hija tgħin persuni u familji skont il-ħtiiġijiet tagħhom.
Fl-Okkażjoni ta’ Jum l-Omm, il-Parroċċa bil-għajnuna tal-Grupp tal-Ladies Circle tal-Parroċċa ppreparat tifkira żgħira għan-nisa kollha. Għalhekk in-nisa huma mitluba sabiex jieħdu magħhom din it-tifkira.
Fit-talb tagħna niftakru f’dawn ħutna: George Bonello, Sużanna Camilleri, Marita Debono, Nazzareno Bezzina u Marlene Galea li mietu mill-Parroċċa tagħna matul din il-ġimgħa. Nitolbu għalihom u għal ommijiet mejtin. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
Paċi u barka Fr. Eucharist Zammit Kappillan