Avvizi 12 06 2016 website

Page 1

Parroċċa San Sebastjan

ĦAL QORMI - MALTA

11 ĦADD C

12 ta’ Ġunju 2016

____________________________________________________________________________________     

Nhar l-Erbgħa fiċ-Ċentru Parrokkjali, fis-7.30pm ser issir il-laqgħa tal-Gruppi Familji Nsara. Koppji miżżewġin mistiedna jattendu. Nhar l-Erbgħa issir il-laqgħa għan-nisa romol u separati, fiċ-Ċentru Parrokkjali. Nhar il-Ġimgħa ser issir attività ta’ Jum il-Missier. Quddiesa fis-6.30pm u wara ikla Marsaxlokk. IlMissirijiet kollha mistiedna jattendu. Booking mis-sagrestija jew mill-Uffiċċju Parrokkjali. Nhar il-Ħadd li ġej fil-5.00pm issir l-Adorazzjoni tal-Ħniena Divina. Il-ġabra speċjali tal-Ħadd li għadda kienet ta’ €1170. Nirringrazzja lil kull min ikkontribwixxa. Bħalissa qegħdin jinġabru l-envelopes tal-festa li tqassmu mall-fuljett parrokkjali. Il-festa titlob spejjeż kbar. Biex issir hemm bżonn tal-kontribuzzjoni tagħkom. Nitolbukom tikkoperaw ma’ dawk li b’mod voluntarju jiġbru l-envelopes mid-djar. Għada fil-għodu / Dal-għodu qegħda ssir wirja ta’ karozzi ħdejn il-Knisja, kif ukoll wirja ta’ arti fisSala Psaila (dħul min-naħa tat-Tribuna ta’ Pinto). Permezz ta’ dawn l-attivitajiet jinġabru fondi għall-grupp li se jmur il-Gwatemala f’Awwissu li ġej.

Paċi u barka Fr Joseph Buhagiar Kappillan

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.