Knisja Arċipretali San Sebastjan Ħal Qormi
Avviżi Tal-Kommunità
L-24 Ħadd ta’ Matul is-Sena
12 ta’ Settembr u 2021
Nhar it-Tnejn/Għada, fis-7.30pm, isir il-laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, fiċ-Ċentru. Nhar it-Tlieta, niċċelebraw l-festa għażiża tal-Eżaltazzjoni tas-Salib Mqaddes. Il-Quddiesa tas-6.30pm ser tkun bis-sehem tal-Kor taż-żgħażagħ u animata mill-Grupp tal-Ħniena Divina. Fiha ser jiġu milqugħa persuni mill-komunità tagħna li ser joffru li ser jimpenjaw ruħhom biex jitolbu kuljum għall-konverżjoni tal-midinbin. Wara l-Quddiesa, ser inkomplu bi ftit ħin ta’ Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija li jintemm bil-Barka Sagrametali. Ilkoll mħeġġa biex nieħdu sehem. Għall-ġimgħa d-dieħla biss l-Adorazzjoni ser isir nhar it-Tlieta, minflok il-Ġimgħa. Nhar l-Erbgħa, hija l-festa liturġika tad-Duluri ta’ Marija. Fis-6.30pm, ser ikollna r-rużarju animat mill-fratelli tal-fratellanza tad-Duluri u fis-7.00pm ikollna l-Quddiesa bis-sehem tal-fratelli kolha tal-parroċċa tagħna. Nhar l-Erbgħa, fis-7.30pm ser issir il-laqgħa tal-Grupp Familji Nsara, fiċ-Ċentru Parrokkjali. Bi tħejjija għas-Sena Kateketika, ser isir it-tieni laqgħa ta’ formazzjoni għall-katekisti taċ-Ċentri tadDuttrina. Din ser tkun nhar il-Ħamis li ġej, fis-7.30pm, fiċ-Ċentru Parrokkjali. Nhar il-Ġimgħa, ser ikollna n-Nofs Siegħa mal-Kelma, mis-7.00pm sas-7.30pm. Din ir-riflessjoni fuq il-Kelma ta’ Alla, tgħinna napprezzaw aktar l-Evanġelju tal-Ħadd. Mill-ġimgħa ta’ wara, l-Lectio Divina terġa tkun nhar ta’ Tnejn bħas-soltu. Il-Ħadd li ġej ser issir l-ġabra għall-Art Mqaddsa. Bl-oferti tagħna ngħinu biex jinżammu miftuħa postijiet qaddisa marbuta mal-fidi tagħna u nkunu wkoll ta’ għajnuna għal ħutna nsara li jgħixu fl-Art Imqaddsa u li għaddejjin minn tbatija minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Il-Quddiesa li ser tixxandar fuq TVM 2, fid-9.30am, il-Ħadd li ġej u ta’ wara ser tkun mill-Knisja żżgħira tal-Parroċċa tagħna. Din il-Quddiesa ma tkunx miftuħa għall-pubbliku, għalhekk nħeġġu b’mod speċjali lill-morda u l-anzjani biex isegwu minn djarhom dan il-mument ta’ talb. TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 1 4 8 6 3 5 0
•
E-M A IL: i n fo @ q o rm i sb p a ri sh . o rg
It-Tnejn 20 ta’ Settembru, mid-9.00am sal-10.00am, s-Superjur Joe Fenech imexxi l-Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija fil-Knisja. Kulħadd mistieden. Il-ġenituri tat-tfal, subien u bniet, li minn Ottubru li ġej, ser jibdew jattendu l-katekiżmu għall-ewwel darba f’wieħed miċ-ċentri tad-duttrina tal-Parroċċa jew li ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina fl-2022, huma mitluba sabiex jirreġistraw lit-tfal tagħhom fl-Uffiċċju Parrokkjali. Meta issir ir-registrazzjoni tat-tfal, il-ġenituri/kustodji tat-tfal ikunu preżenti flimkien, peress li tkun mitluba l-firma tagħhom. F’każ li ġenitur wieħed biss għandu l-kustodja tat-tifel/a, jkun mitlub li jġib miegħu prova ta’ dan u ċertifikat sħiħ tat-twelid mill-Insinwa. Dawk it-tfal li mhumiex mgħammda fil-Parroċċa, huma mitluba jġibu ċertifikat tal-Magħmudija mill-Parroċċa fejn tgħammdu. It-tfal subien li ser jattendu għal katekiżmu fil-Museum tas-Subien, huma mitluba li jirreġistraw il-Museum tagħhom ukoll, nhar ta’ Tnejn mis-5.45pm sas-6.30pm. Fin-noticeboard tal-Knisja u fuq il-paġna tal-facebook tal-Parroċċa, wieħed isib d-dettalji kollha, marbuta mal-ħinijiet u l-ġranet tad-duttrina tat-tfal fiċ-Ċentri tal-katekiżmu tal-Parroċċa tagħna. Il-ġabra speċjali li saret il-Ħadd li għadda b’risq il-proġett tat-tiswija tal-Koppla kienet ta’ €1,425. Nirringrazzjaw wkoll lil diversi benefatturi li matul din il-ġimgħa offrew bi €1,350 f’donazzjoniet b’risq ix-xogħol għal istess proġett. Navża li sa issa għal dan il-proġett, inġabret is-somma sabiħa ta’ 67,948. Grazzi ħafna mill-qalb!! Fuq iz-zuntier tal-Knisja, hemm Patri Pawl Buġeja, Kappuċin, li ser ikun qiegħed ibiegħ kotba b’riċetti tal-ikel mill-Kunvent, flimkien ma’ xi ħelu bnin li jagħmlu huma stess. Il-qliegħ ser imur għall-missjonijiet li jieħdu ħsieb il-Patrijiet Kappuċini Maltin. Nitollbu flimkien it-talba, li bħala Parroċċa, għażilna biex nitolbu matul din is-sena: " Mulej, għand min immor r u? Inti għandek il-kliem tal-ħajja ta’ dejjem." Ġw 6,68 Paċi u barka Fr. Eucharist Zammit Arċipriet TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 1 4 8 6 3 5 0
•
E-M A IL: i n fo @ q o rm i sb p a ri sh . o rg
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 1 4 8 6 3 5 0
•
E-M A IL: i n fo @ q o rm i sb p a ri sh . o rg
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 1 4 8 6 3 5 0
•
E-M A IL: i n fo @ q o rm i sb p a ri sh . o rg
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 1 4 8 6 3 5 0
•
E-M A IL: i n fo @ q o rm i sb p a ri sh . o rg