Avviżi Tal-Kommunità Parroċċa San Sebastjan
ĦAL QORMI - MALTA
5 GĦID A
14 ta’ Mejju 2017
____________________________________________________________________________________ •
Matul il-ġimgħa li ġejja ikompli t-tberik f’dawn it-toroq: It-Tnejn 15 ta’ Mejju
Triq iċ-Ċawsli u Triq il-Kus
It-Tlieta 16 ta’ Mejju
Triq il-Kanun, Triq is-Sebħ, Triq Karm Debono u Triq MA Vassalli
L-Erbgħa 17 ta’ Mejju
Triq Valletta, 4 Qaddisin, Triq Fonzu Meli, Triq Dun Alwiġ Psaila u Triq G.M.Camilleri
Il-Ħamis 18 ta’ Mejju
Triq l-Aħwa Zammit u Triq Tal-Bajjada
Il-Ġimgħa 19 ta’ Mejju Triq Mario Pace, Triq Marcel Attard Vagnolo, Triq Nikol Baldacchino u Triq Nikol Montebello •
Nhar it-Tnejn fis-7.00pm se ssir il-laqgħa għall-ġenituri tat-tfal tal-Ewwel Tqarbina fil-Kripta talKnisja.
•
L-Erbgħa fis-6.30pm issir il-laqgħa għan-nisa romol u separati fil-Kripta.
•
Nhar l-Erbgħa issir ukoll il-laqgħa tal-Grupp Familji Nsara, fis-7.30, fiċ-Ċentru.
•
Nhar il-Ħadd li ġej issir l-Adorazzjoni tal-Ħniena Divina fil-5.00pm.
•
Bejn it-22 u s-26 ta’ Mejju ser issir Ġimgħa ta’ Tagħlim, organizzata mis-Soċjetà tad-Dutrina Nisranija, fuq iz-zuntier tal-Knisja.
•
Nhar l-Erbgħa 17 ta’ Mejju, fiċ-Ċentru Leap, ser ikun hemm rappreżentant tal-Awtorità tad-Djar bejn 8.00 – 11.30am.
•
Nifirħu lil Fr Brian Gialanze, li ġie maħtur minn Mons Arċisqof bħala Kappillan tal-Parroċċa ta’ San Ġużepp, il-Kalkara. Nirringrazzjaw lil Fr Brian tal-ħidma tiegħu fil-parroċċa.
Paċi u barka
Fr Joseph Buhagiar Kappillan
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL : 2 1 4 8 6 3 5 0
•
E- M AI L: i nf o@q or mi sb par i s h. org