Avviżi 15 ta' Ottubru 2017

Page 1

Avviżi Tal-Kommunità Parroċċa San Sebastjan

ĦAL QORMI - MALTA

28 Ħadd A

15 ta’ Ottubru 2017

____________________________________________________________________________________

Illejla / Għada issir l-Adorazzjoni tal-Ħniena Divina.

Nhar it-Tnejn f-10.00am fil-Knisja ż-Żgħira issir Adorazzjoni mmexxija mis-superjur Joe Fenech.

L-Erbgħa fil-Kripta issir il-laqgħa tan-nisa romol u separati, fis-6.30pm.

L-Erbgħa fiċ-Ċentru, fis-7.30pm, il-laqgħa tal-Gruppi Familji Nsara.

Il-Ħamis fis-6.30pm fil-Kripta issir il-laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li ser jirċievu l-Griżma tal-Isqof f’Novembru li ġej. Hija laqgħa mportanti ħafna.

Nhar il-Ġimgħa isir il-Festival tal-Ħobż, fil-Pjazza ta’ San Pawl, mit-8.15pm ‘l quddiem, fejn ikun hemm kunċert minn diversi kantanti u Ikla Maltija. Is-Sibt, mis-7.00pm ‘l quddiem tittella’ lattività Casal Fornaro, b’ħafna u ħafna attivitajiet sbieħ fit-toroq tal-parroċċa tagħna, li ta’ min wieħed jipparteċipa fihom.

Marbut ma’ din l-attività, il-quddiesa tas-Sibt li ġej tas-7.45pm ser tkun animata mill-Kor ta’ John Anthony Fsadni, li wara l-quddiesa ikomplu jagħtu kunċert ta’ kant sagru. Kunċert ieħor ta’ mużika sagra ser isir fil-Knisja ż-Żgħira fit-8.30pm, immexxija minn Christopher Camilleri.

Nhar il-Ħadd li ġej niċċelebraw il-Ġurnata Missjunarja. Fi kliem il-Papa Franġisku, dan il-jum nitolbu ħalli iservi biex nqanqlu x-xewqa li noħorġu mill-konfini u mis-sigurtajiet tagħna u mmiddu għonqna għax-xandir tal-Evanġelju. Jagħtina wkoll l-opportunità biex nuru solidarjetà ma’ Knejjes aktar fqar minna, permezz tal-offerta tagħna waqt il-quddiesa u fl-envelope li tqassam fid-djar tagħna.

F’dawn l-aħħar xhur, grupp ta’ persuni mqabbdin minn Mons Arċisqof kienu qegħdin jagħmlu studju dettaljat u jeżaminaw xhieda dwar il-ħajja ta’ Patri Avertan Fenech, li twieled il-Mosta fl-10 ta’ Lulju 1871 u li miet fl-1 ta’ Novembru 1943, b’fama kbira ta’ qdusija. Il-konklużżjoni ta’ dan listudju huwa li għandha titkompla l-kawża għall-Beatifikazzjoni u Kanonizzazzjoni tiegħu. Għal din l-okkażżjoni ta’ ferħ, Mons Arċisqof ser imexxi ċelebrazzjoni fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, ilBelt, fil-5.00pm, nhar l-1 ta’ Novembru, festa tal-Qaddisin Kollha. Kulħadd mistieden li jattendi.

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL : 2 1 4 8 6 3 5 0

E- M AI L: i nf o@q or mi sb par i s h. org


Dawk li tilfu lill-għeżież tagħhom matul din is-sena jistgħu iġibu s-sant ħalli titqiegħed fil-board li ssir apposta matul ix-xahar ta’ Novembru.

Paċi u barka

Fr Joseph Buhagiar Kappillan


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.