Avvizi 17 ta' Settembru 2017

Page 1

Avviżi Tal-Kommunità Parroċċa San Sebastjan

ĦAL QORMI - MALTA

24 Ħadd A

17 ta’ Settembru 2017

____________________________________________________________________________________

Nhar it-Tnejn ser issir adorazzjoni fil-Knisja ż-Żgħira mill-10.00 – 11.00am immexxija mis-sur Joe Fenech, superjur tal-MUSEUM.

Nhar l-Erbgħa issir il-laqgħa tal-Gruppi Familji Nsara fis-7.30pm fiċ-Ċentru.

Nhar il-Ġimgħa il-quddiesa ta’ filgħaxija issir fil-Kripta tal-Knisja, minħabba li fil-Knisja Parrokkjali ser issir quddiesa għall-istudenti tal-Kulleġġ Santu Wistin.

Is-Sibt 23 ta’ Settembru fiċ-Ċentru ser jintwera l-film Wild Dancer, fis-7.15pm. Dan huwa film b’messaġġ sabiħ ħafna. Kulħadd mistieden.

Nhar il-Ħadd li ġej fil-quddiesa tal-11.00am terġa tibda l-liturġija tat-tfal. Inżommu f’moħħna li ssehem tagħna fil-quddiesa huwa parti mportanti mill-ħajja tan-nisrani.

Qed joqrob iż-żmien li terġa tibda s-sena kateketika. Il-MUSEUM tas-subien u tal-bniet jibdew itTnejn 25 ta’ Settembru, fiċ-Ċentru Parrokkjali jibda t-Tnejn 2 ta’ Ottubru.

Nhar l-Erbgha li ġejjin fit-20:30 ser issir ikla fic-Centru Pastorali b'risq l-Għaqda Tan-Nar San Sebastian bis-sehem ta' Joe id-Dulli u Veronica. Il-biljetti jistgħu jinxtraw mill-membri u l-helpers tal-Għaqda tan-Nar. Dħul minn Triq San Bartilmew.

Paċi u barka

Fr Joseph Buhagiar Kappillan

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL : 2 1 4 8 6 3 5 0

E- M AI L: i nf o@q or mi sb par i s h. org


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.