Avviżi Tal-Kommunità Parroċċa San Sebastjan
ĦAL QORMI - MALTA
CORPUS CHRISTI
18 ta’ Ġunju 2017
____________________________________________________________________________________
•
Dawn il-ġranet bejn il-Festa tal-Ġisem u d-Demm ta’ Ġesù u dik tal-Qalb ta’ Ġesù li sejrin niċċelebraw nhar il-Ġimgħa li ġej huma iddedikati lill-Ewkaristija, fejn aħna mistiedna nersqu lejn Ġesù Ewkaristija, nadurawh u nqimuh. Hija ġimgħa li fiha l-Mulej jista’ jagħtina ħafna affarijiet sbieħ.
•
Għada / Illum fil-Knisja ż-Żgħira ser issir ġurnata b’Ġesù Sagramentat espost. Inħeġġiġkom li aħna lkoll insibu ħin biex nagħmlu mumenti ta’ talb fis-skiet, biex nuru fidi, mħabba u gratitudni lejn ilMulej li għamel lilu nnifsu preżenti f’dan is-sagrament. Fis-7.00pm tingħad it-talba ta’ l-Għasar u tingħata l-Barka Sagramentali.
•
Matul il-ġimgħa, kuljum fil-Knisja ż-Żgħira, jiġi espost Ġesù Sagramentat fl-4.00pm. Fis-7.15 issir adorazzjoni: It-Tnejn tkun immexxija mill-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali It-Tlieta mill-membri tal-Moviment Kariżmatiku L-Erbgħa mill-Gruppi Familji Nsara Il-Ħamis, fis-7.15pm mill-Ministri tat-Tqarbin, fit-8.15pm issir adorazzjoni mill-Fratelli.
•
Nhar il-Ġimgħa issir il-Festa tal-Qalb ta’ Ġesù. Ikollna l-quddiesa fis-6.30pm u wara l-purċissjoni b’Ġesù Sagramentat li tgħaddi minn: Triq San Bartilmew, Triq il-Kbira, Triq San Bastjan, u Triq San Bartilmew. Inħeġġiġkom ħafna tieħdu sehem fil-quddiesa u fil-purċissjoni.
•
Nhar it-Tnejn 26 ta’ Ġunju issir ħarġa għall-baħar mit-3.00pm ‘l quddiem. Aktar tagħrif millUffiċċju Parrokkjali u mill-helpers tal-Knisja.
•
Mall-fuljett tax-xahar ta’ Ġunju tqassam l-envelope biex kull familja tagħti offerta għall-festa. Inħeġġeġ lil kulħadd biex jagħti s-sehem tiegħu, ħalli ma niġux kostretti li nnaqqsu minn dak li ssoltu nagħmlu fil-festa.
Paċi u barka
Fr Joseph Buhagiar Kappillan
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL : 2 1 4 8 6 3 5 0
•
E- M AI L: i nf o@q or mi sb par i s h. org