Avviżi Tal-Kommunità
Parroċċa San Sebastjan
ĦAL QORMI - MALTA
7 ĦADD A
19 ta’ Frar 2017
____________________________________________________________________________________ •
Għada / Illum issir l-Adorazzjoni tal-Ħniena Divina fil-5.00pm
•
Nhar l-Erbgħa fis-6.30pm issir il-laqgħa tan-nisa romol u separati.
•
Matul din il-ġimgħa ser isir tberik fid-djar ta’ Vjal De La Cruz .
•
Nhar l-Erbgħa li ġejjin, 22ta’ Frar 2017, fiċ-Ċentru Leap, Triq Dun Marju, Ħal Qormi, ser ikun hemm uffiċjal tal-Awtorita’ tad-Djar għal min għandu diffikulta’ dwar il-housing. Il-Ħinijiet ikunu mit-8.30 – 11.30am.
•
Ser tiġi ċelebrata quddiesa tal-ħames snin ta’ ħidma Kummissjoni Nisa Qalbisti minn Mons. Charles Cordina fis-Sala San Sebastjan Martri, fil-kazin tal-Banda Pinto, nhar il-Ħadd 19 ta’ Frar fil10.00am.
•
Għajnuna lill-istudenti li jattendu skejjel sekondarji f’suġġetti li għandhom diffikulta’ - Darba filġimgħa – b’Xejn, mis- 6 ta’ Marzu sad -19 ta’ Ġunju 2017. Kull min hu interessat għandu japplika lKunsill Lokali sa mhux aktar tard mis-27 ta’ Frar 2017.
•
Il-Laqgħa ta’ Padre Pio ser issir nhar l-Erbgħa 22 ta’ Frar 2017 fil-5.30pm fil-Kappella ta’ San Franġisk, Ħal Qormi.
•
Iż-Żgħażagħ tal-Parroċċa PLYG qed jorganizza party tal-Karnival il-Ġimgħa 24 ta’ Frar fit-8.00pm għaż-żghażagħ fiċ-Ċentru. Dħul minn Triq San Bartolomew. Għal aktar informazzjoni minn fuq innotice board tal-Knisja, Facebook jew ikkuntattja lil Fr. Brian.
•
It-Tnejn 27 ta’ Frar ser jiġi organizzat party tal-Karnival għat-tfal fl-4.00 sa 6.00pm fiċ-Ċentru Parrokkjali. Min irrid jattendi jikkuntattja lil xi ħadd iċ-Ċentru.
Paċi u barka Fr Joseph Buhagiar Kappillan
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL : 2 1 4 8 6 3 5 0
•
E- M AI L: i nf o@q or mi sb par i s h. org