Avviżi Tal-Kommunità
Parroċċa San Sebastjan
ĦAL QORMI - MALTA
3 RANDAN A
10 ta’ Marzu 2017
____________________________________________________________________________________ •
Għada/ illejla fil-5.00pm issir l-adorazzjoni tal-Ħniena Divina.
•
Min nhar it-Tnejn ser jibdew l-eżerċizzi tal-miżżewġin, fis-7.15pm, fil-Kripta tal-Knisja. Ser jitmexxew minn Fr Lino Azzopardi. L-eżerċizzi joffru okkażżjoni biex nisimgħu kelma li tagħmel ġid lill-familja tagħna. Għalhekk inħeġġeġ attendenza tal-koppji miżżewġin għal dawn l-eżerċizzi.
•
Nhar is-Sibt, il-Ħadd u t-Tnejn li ġejjin, ser ikollna fostna lil Mons Arċisqof li ser jagħmel Vista Pastorali fil-Parroċċa tagħna. Nhar is-Sibt se jkun hawn fl-4.30pm għall-qrar, u wara jqaddes ilquddiesa tal-5.15pm.
•
Il-Ħadd filgħodu, Mons Arċisqof ser ikollu laqgħa mall-Katekisti tal-parroċċa, kif ukoll mall-Kunsill Lokali. Se jqaddes ukoll il-quddiesa tal-11.00am. Filgħaxija, fis-7.00pm, ser ikollu laqgħa mażżgħażagħ fiċ-Ċentru Parrokkjali, dħul minn Triq San Edward. Iż-żgħażagħ kollha tal-parroċċa mħeġġa jattendu għal din il-laqgħa ta’ djalogu mal-Arċisqof.
•
It-Tnejn 27 ta’ Marzu Mons Arċisqof ser ikollu laqgħa mal-istudenti li ser jagħmlu l-Griżma talIsqof, kif ukoll dawk li għamlu l-Grizma f’Novembru li għadda. Din ser issir fil-Kripta tal-Knisja, fil-5.30pm. Dawn l-istudenti mħeġġa ħafna biex jattendu.
•
Programm sħiħ tal-Vista Pastorali tqassam fid-djar tagħna biex insegwuh. Huwa ta’ ferħ għalina li Mons Arċisqof ser jiġi jżurna u għandna nilqgħuh bil-qalb.
•
Nhar il-Ġimgħa issir il-Lectio Divina fil-Kappella tas-Sagrament fil-Knisja Parrokkjali wara lquddiesa ta’ filgħaxija.
•
Nirringrazzja li dawk li taw offerti għall-bankun tar-Redentur. Fil-Knisja tistgħu taraw il-bradella li hija parti minn dan il-proġett. Din ser tintuża fil-pellegrinaġġ tar-Redentur li ser isir fil-31 ta’ Marzu.
Paċi u barka Fr Joseph Buhagiar Kappillan TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL : 2 1 4 8 6 3 5 0
•
E- M AI L: i nf o@q or mi sb par i s h. org