Knisja Arċipretali San Sebastjan Ħal Qormi
Avviżi Tal-Kommunità
Il-25 Ħadd ta’ Matul is-Sena
19 ta’ Settembr u 2021
____________________________________________________________________________________ Il-Quddiesa li ser tixxandar għada/llum fuq TVM 2, fid-9.30am u l-Ħadd li ġej ser jkunu mill-Knisja ż-Żgħira tal-Parroċċa tagħna. Inħeġġu b’mod speċjali lill-morda u l-anzjani biex isegwu minn djarhom dan il-mument ta’ talb. Navżaw li għada/llum l-Knisja ż-Żgħira ser tibqà magħluqa għall-pubbliku. Nhar it-Tnejn/Għada, mid-9.00am sal-10.00am, s-Superjur Joe Fenech imexxi l-Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija fil-Knisja. Kulħadd mistieden. Nhar it-Tnejn/Għada jkollna n-Nofs Siegħa mal-Kelma, mis-7.00pm sas-7.30pm fil-Knisja. Din ir-riflessjoni fuq il-Kelma ta’ Alla, tgħinna napprezzaw aktar l-Evanġelju tal-Ħadd. Nhar il-Ħamis, il-Quddiesa tas-6.30pm ser tkun b’suffraġju għall-ħutna mill-Parroċċa tagħna li mietu fix-xhur ta’ Mejju u Awwissu ta’ din is-sena. Il-familjari huma mħeġġa biex jattendu. Bi tħejjija għas-Sena Kateketika, ser isir it-tielet laqgħa ta’ formazzjoni għall-katekisti taċ-Ċentri tad-Duttrina. Din ser tkun nhar il-Ħamis li ġej, fis-7.30pm, fiċ-Ċentru Parrokkjali. Nhar il-Ġimgħa bejn is-7.00pm u 7.30pm, ilkoll mistiedna, biex bħala Komunità nieħdu sehem fl-Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija fil-Knisja. Din ser tkun animata mill-Kummissjoni Familja tal-Parroċċa. Nhar is-Sibt li ġej, il-grupp taż-żgħażagħ tal-parroċċa, IMPACT, ser jagħmlu talent show ġewwa ċ-ċentru parrokkjali. Ser ikun hemm żewġ sessjonijiet, waħda tibda fis-5.45pm u l-oħra fis-7.30pm. Min jixtieq jibbukja jidħol fuq il-paġna tal-facebook tal-grupp jew inkella mill-uffiċċju parrokkjali. Ser nieħdu ħsieb id-distanza soċjali u miżuri oħrajn. Nhar l-Erbgħa 29 ta’ Settembru, ser jergħu jibdew il-laqgħat tal-Grupp tal-Ladies Circle tal-Parroċċa, b’Quddiesa fil-Knisja, fit-8.30am. Inħeġġu lin-nisa kollha sabiex jieħdu sehem f’dawn il-laqgħat.
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 1 4 8 6 3 5 0
•
E-M A IL: i n fo @ q o rm i sb p a ri sh . o rg
Il-Ħamis 30 ta’ Settembru, ser issir laqgħa għall-ġenituri kollha tat-tfal li ser jibdew jattendu għall-katekiżmu fiċ-Ċentru Parrokkjali. Din il-laqgħa ssir fil-Knisja, fis-7.15pm. Inħeġġu lill-ġenituri sabiex jattendu. Infakkru lill-ġenituri tat-tfal, subien u bniet, li minn Ottubru li ġej, ser jibdew jattendu l-katekiżmu għall-ewwel darba f’wieħed miċ-ċentri tad-duttrina tal-Parroċċa jew li ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina fl-2022, sabiex jirreġistraw lit-tfal tagħhom fl-Uffiċċju Parrokkjali. It-tfal subien li ser jattendu għal katekiżmu fil-Museum tas-Subien, huma mitluba li jirreġistraw il-Museum tagħhom ukoll, nhar ta’ Tnejn mis-5.45pm sas-6.30pm. Fin-noticeboard tal-Knisja u fuq il-paġna tal-facebook tal-Parroċċa, wieħed isib d-dettalji kollha, marbuta mal-ħinijiet u l-ġranet tad-duttrina tat-tfal. Infakkru li fil-Knisja l-mobile għandu jkun dejjem silent jew mitfi, għax il-Knisja bħala d-Dar ta’ Alla, huwa post qaddis u biex nkunu nistgħu nitolbu aħjar. Napprezzaw l-koperazzjoni tagħkom. Nirringrazzjaw lil diversi benefatturi li matul din il-ġimgħa offrew bi €990 f’donazzjoniet b’risq ix-xogħol għall-proġett tat-tiswija tal-Koppla tal-Knisja. Grazzi ħafna mill-qalb u napprezzaw l-ġenerożità kbira tagħkom. Fit-talba tagħna nitolbu għal Jane Falzon, Darryl George Abela u Catherine Cauchi li mietu fil-Parroċċa tagħna matul din il-ġimgħa. Nitolbu għalihom u għall-mejtin kollha. Agħtihom O Mulej il-mistr ieħ ta' dejjem... Nitolbu flimkien it-talba, li bħala Parroċċa għażilna biex nitolbu matul din is-sena: " Mulej, għand min immor r u? Inti għandek il-kliem tal-ħajja ta’ dejjem." Ġw 6,68 Paċi u barka Fr. Eucharist Zammit Arċipriet
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 1 4 8 6 3 5 0
•
E-M A IL: i n fo @ q o rm i sb p a ri sh . o rg
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 1 4 8 6 3 5 0
•
E-M A IL: i n fo @ q o rm i sb p a ri sh . o rg
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 1 4 8 6 3 5 0
•
E-M A IL: i n fo @ q o rm i sb p a ri sh . o rg
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 1 4 8 6 3 5 0
•
E-M A IL: i n fo @ q o rm i sb p a ri sh . o rg