Parroċċa San Sebastjan
ĦAL QORMI - MALTA
34 Ħadd C
20 ta’ Novembru 2016
____________________________________________________________________________________ •
Għada / illejla fil-5.00pm issir l-Adorazzjoni tal-Ħniena Divina.
•
Għada / Illejla fis-6.00pm, Mons Arċisqof ser imexxi konċelebrazzjoni fil-Katidral tal-Imdina flokażżjoni tal-Festa ta’ Kristu Re u tal-konklużżjoni tas-Sena tal-Ħniena. Dawk kollha li jistgħu imħeġġin jieħdu sehem f’din iċ-ċelebrazzjoni.
•
Nhar l-Erbgħa issir il-laqgħa tan-nisa romol u separati, fis-6.30pm fil-Kripta tal-Knisja.
•
Nhar il-Ħamis li ġej ser isir coffee morning San Pawl il-Baħar b’risq il-missjoni. Tluq minn quddiem il-Knisja fid-9.00am. Aktar tagħrif mill-Uffiċċju Parrokkjali.
•
Nhar is-Sibt li ġej, fiċ-Ċentru Parrokkjali ser jintwera l-film The Song of Bernardette, fis-6.30pm. Kulħadd mistieden. Dħul minn Triq San Bartilmew.
•
Il-Bazaar tal-Parroċċa ser isir fis-Sala Psaila mit-2-4 ta’ Diċembru.
•
F’dawn il-ġranet għadna kif għamilna ordni għal numru ta’ floodlights kif ukoll globi għaz-zuntier tal-Knisja n-naħa ta’ quddiem kif ukoll iz-zuntier ta’ wara l-Knisja. Dan għax rajna li hemm bżonn ta’ tibdil fis-sistema kollha tad-dawl madwar il-Knisja. Mistennija li jkunu installati f’posthom flewwel ġimgħa ta’ Diċembru.
Paċi u barka
Fr Joseph Buhagiar Kappillan
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL : 2 1 4 8 6 3 5 0
•
E- M AI L: i nf o@q or mi sb par i s h. org