Avvizi tal-Kommunita: 1 ta' Jannar 2017

Page 1

Avviżi Tal-Kommunità

Parroċċa San Sebastjan

ĦAL QORMI - MALTA

Marija Omm Alla

1 ta’ Jannar 2017

____________________________________________________________________________________

Għada / Illum fid-Dar tal-Providenza issir il-Festa ta’ Ġenerożità biex tiġi mgħejjuna din id-Dar li tagħti servizz kbir lill-Knisja u lis-soċjetà Maltija. Sabiħ li nsibu l-okkażżjoni biex inżuru din id-Dar u nipparteċipaw fl-attività li qed issir matul din il-ġurnata. Nhar l-Erbgħa fis-7.15pm issir laqgħa ta’ meditazzjoni fiċ-Ċentru Parrokkjali, dħul minn Triq San Edward. Din hija meditazzjoni fi tradizzjoni antika ħafna tal-Knisja li tressaqna qrib lejn il-Mulej. Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Jannar dawk kollha li b’xi mod huma involuti fil-ħidma tal-parroċċa mistiedna għal riċeviment li ser isir fiċ-Ċentru Parrokkjali wara l-quddiesa ta’ fil-għaxija. Il-koppji li żżewġu matul is-sena 2016 huma mistiedna għal quddiesa ma’ Mons Arċisqof nhar is-Sibt 7 ta’ Jannar, fil-5.30pm, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann il-Belt Valletta. Wara l-quddiesa ikollhom ċans li jiltaqgħu personalment mal-Arċisqof. Infakkru li fil-Konkatidral mhux permess dħul bi żraben bittakkuna rqiqa u bil-ponta. Il-Ħadd li ġej niċċelebraw il-festa ta’ l-Epifanija. Fil-quddiesa tad-9.30am ikollna l-quddiesa talmagħmudija. Għall-quddiesa tal-11.00am huma mistiedna b’mod speċjali il-familji li din is-sena għammdu t-tarbija tagħhom, kif ukoll dawk li għamlu l-Ewwel Tqarbina. Minn nhar is-Sibt 7 ta’ Jannar, mhux ser jibqgħu isiru il-quddies tat-7.45am u 8.30am, imma ser tibda ssir quddiesa waħda fit-8.00am. Dan jgħodd biss għall-quddies tas-Sibt fil-għodu. Matul din il-Ġimgħa l-uffiċċju parrokkjali ser ikun magħluq il-ġurnata tat-Tnejn. F’isem il-kleru kollu nawgura sena ġdid mimlija bir-risq u l-barka tal-Mulej.

Paċi u barka Fr Joseph Buhagiar Kappillan

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

TE L : 21 48 6 35 0

E - M AI L : inf o @q or mi sb pari sh .or g


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.