Avviżi Tal-Kommunità
Parroċċa San Sebastjan
ĦAL QORMI - MALTA
EPIFANIJA A
8 ta’ Jannar 2017
____________________________________________________________________________________
Nhar l-Erbgħa li ġejjin fis-6.30pm ser issir il-laqgħa tan-nisa romol u separati fil-Kripta tal-Knisja. Nhar is-Sibt 14 ta’ Jannar issir l-Adorazzjoni għall-Qdusija tal-Kleru, filParroċċa ta’ Kristu Rè, Raħal Ġdid, 9.00-11.00pm. Il-Ħadd 15 ta’ Jannar fil-5.00pm issir l-Adorazzjoni tal-Ħniena Divina. Nhar il-Ħadd 15 ta’ Jannar, il-koppji għarajjes mistiedna għall-quddiesa ma Mons Arċisqof, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt, fil-5.30pm. Tkun okkażżjoni sabiħa għal dawk li qed iħejju biex jibnu l-familja tagħhom. Qegħdin joqorbu jumejn sbieħ fil-parroċċa tagħna meta fid-19 u l-20 ta’ Jannar niċċelebraw il-Festi tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja u ta’ San Bastjan. Inħeġġukom biex dawn il-jumejn inżommuhom ħielsa minn kull impenn biex inkunu nistgħu ninġabru hawn fid-Dar tal-Mulej biex inqaddsu dawn iż-żewġ festi sbieħ. Nhar il-Ħamis 12 ta’ Jannar ser issir ikla ta’ San Bastjan ġewwa Wied il-Għajn. Aktar tagħrif u biljetti mill-Uffiċċju Parrokkjali. Paċi u barka Fr Joseph Buhagiar Kappillan TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
TE L : 21 48 6 35 0
•
E - M AI L : inf o @q or mi sb pari sh .or g