Avvizi tal-Kommunita: 15 ta' Jannar 2017

Page 1

Avviżi Tal-Kommunità

Parroċċa San Sebastjan

ĦAL QORMI - MALTA

2 Ħadd A

15 ta’ Jannar 2017

____________________________________________________________________________________

Nhar l-Erbgħa li ġejjin issir il-laqgħa tal-Gruppi Familji Nsara fiċ-Ċentru Parrokkjali, fis7.30pm. Nhar il-Ħamis 19 ta’ Jannar niċċelebraw il-Festa tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali. Fis-6.15pm issir it-Translazzjoni tar-Relikwa għal fuq l-artal maġġur u fis-6.30pm quddiesa konċelebrata li fiha issir il-priedka minn Mons Anton Vella, ex-Arċipriet tal-Katidral talImdina. Il-Ġimgħa 20 ta’ Jannar niċċelebraw il-Festa Liturġika ta’ San Sebastjan. Fis-6.30pm tibda l-quddiesa konċelebrata li fiha jsir il-paniġierku mill-Kan. Evan Caruana, Arċipriet ta’ ĦażŻabbar. Dawn iż-żewġ okkażżjonijiet huma mportanti ħafna għall-ħajja tal-parroċċa tagħna. Huma okkażżjonijiet fejn ninġabru flimkien bħala l-familja nisranija ta’ din ilparroċċa. Għalhekk għandna nattendu bi ħġarna għalihom. Il-Ħadd li ġej fil-5.00pm issir l-Adorazzjoni tal-Ħniena Divina fil-Knisja Parrokkjali. Paċi u barka Fr Joseph Buhagiar Kappillan

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

TE L : 21 48 6 35 0

E - M AI L : inf o @q or mi sb pari sh .or g


ITTRA LILL-POPLU TA’ ALLA Il-ferħ tal-imħabba Bħall-“kewkba” li mexxiet lill-Maġi biex jiltaqgħu ma’ Ġesù, hekk hija l-Eżortazzjoni Appostolika Il-Ferħ tal-Imħabba għall-familji tagħna fil-mixja tagħhom lejn u wara Ġesù. Dan jgħodd ukoll għall-koppji u l-familji li jinvolvu persuni separati jew divorzjati u li llum qegħdin f’rabta ġdida. Uħud minn dawn il-persuni, għalkemm tilfu l-ewwel żwieġ, ma tilfux ittama tagħhom f’Ġesù. Fosthom insibu min jixtieq ħafna jkun f’paċi ma’ Alla u mal-Knisja, tant li qed jistaqsina x’għandu jagħmel biex ikun jista’ jqerr u jitqarben. Bħall-Maġi, li meta sabu lil Ġesù għaddew minn triq oħra (ara Mt 2:12), hekk dawn il-persuni – xi drabi wara vjaġġ twil u mħarbat – jistgħu jiltaqgħu ma’ Kristu, li jagħtihom futur anki meta ma jibqax possibbli li jgħaddu mill-istess triq ta’ qabel. Permezz ta’ akkumpanjament u dixxerniment onest, Alla kapaċi jiftaħ toroq ġodda quddiem dawn il-persuni, anki wara li ġarrbu mixja mmarkata mid-“dlam” ta’ għażliet żbaljati jew ta’ esperjenza qarsa ta’ abbandun u tradiment. Fil-laqgħa tagħhom ma’ Kristu u mal-Knisja, dawn il-persuni jsibu “dawl” li jurihom il-ħajja preżenti tagħhom u jgħinhom jaqbdu t-triq tar-ritorn lejn Alla, u b’ħafna tama u kuraġġ jgħożżu l-ferħ tal-imħabba. Għalhekk, fuq l-indikazzjoni tal-Papa Franġisku, aħna l-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex qed nagħtu linjigwida lis-saċerdoti tagħna biex isieħbu fit-triq tat-tfitxija lil dawk il-persuni li jixtiequ jaqraw l-istorja ta’ ħajjithom fid-dawl ta’ Ġesù. Nistiednu lil min jinsab f’xi qagħda bħal din u jixtieqna ngħinuh ikompli jdawwal il-kuxjenza tiegħu, biex ifittex saċerdot li jakkumpanjah. Dawn il-linji-gwida għas-saċerdoti www.thechurchinmalta.org.

jinsabu

fuq

il-website

tal-Knisja

Illum, is-Sibt 14 ta’ Jannar 2017.

 Charles J. Scicluna Arċisqof ta’ Malta

 Mario Grech Isqof ta’ Għawdex

f’Malta


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.