Avviżi 20 ta' Frar 2022

Page 1

Knisja Arċipretali San Sebastjan Ħal Qormi

Avviżi Tal-Kommunità

Is-Seba` Ħadd tas-Sena

20 ta’ Frar 2022

____________________________________________________________________________________ 

It-Tnejn/Għada, mid-9.00am sal-10.00am, s-Superjur Joe Fenech imexxi l-Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija fil-Knisja. Kulħadd mistieden.

Navżaw li minn nhar it-Tnejn/Għada l-katekiżmu fiċ-Ċentru Parrokkjali ser jerġa jibda jkun darbtejn fil-ġimgħa. Darba jkun onlajn u darba oħra jsir fiċ-Ċentru. Id-dettalji l-ġenituri irċivewhom b’email u minn fuq in-noticeboards tal-knisja.

Nhar it-Tnejn/Għada ikollna n-Nofs Siegħa mal-Kelma bi tħejjija għall-Evanġelju tal-Ħadd. Din issir fil-Knisja bejn is-6.30pm u 7.00pm u għaliha kulħadd mistieden biex jattendi.

Nhar it-Tnejn fis-7.15pm ssir il-laqgħa tal-Kummissjoni Djakonija fid-dar parrokkjali.

Nhar it-Tlieta, fl-4.30pm ssir il-laqgħa tal-kummissjoni Liturġija fid-dar parrokkajli.

Nhar l-Erbgħa fis-7.30pm ssir il-laqgħa tal-kummissjoni Familja tal-Parroċċa, fid-dar parrokkjali

Il-Ħamis, fis-6.45pm, fil-Knisja, ssir l-ewwel laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina din is-sena. Il-ġenituri huma mħeġġa li jattendu.

Nhar il-Ġimgħa bejn is-6.30pm u s-7.00pm ikoll mħeġġa biex nieħdu sehem flimkien fl-Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija li ser tkun immexxija mill-Kummissjoni Familja tal-Parroċċa.

Il-Ġbir li ser isir fil-weekend li ġej ser ikun għas-Seminarju, l-post ta’ formazzjoni li fih jitħejjew dawk li jinsabu fil-mixja biex ikunu saċerdoti. Filwaqt li nkunu ġenerużi fl-offerti tagħna nħeġġu biex fit-talb tagħna nitolbu għall-aktar vokazzjoniet saċerdotali u reliġjużi.

It-Tnejn 28 ta’ Frar, fl-4.00pm ssir l-laqgħa tat-Terżjarji Karmelitani fil-Knisja ż-Żgħira.

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 21 48 6 35 0

E-M AI L: i nf o @q or m i sb p ari s h . org


Il-Ħamis 3 ta’ Marzu, fis-6.45pm, fil-Knisja ser isir l-ewwel laqgħa għall-ġenituri tal-adolexxenti li ser jagħmlu l-Griżma tal-Isqof din is-sena. Il-ġenituri mħeġġa li jattendu.

Nirringrazzjaw lil diversi benefatturi li matul din il-ġimgħa offrew €1,030 f’donazzjoniet b’risq il-proġett tal-Koppla tal-Knisja. Grazzi ħafna lil kulħadd.

Fit-talb tagħna nitolbu għall-Raymond Vella, Mary Sultana u Anthony Bugeja li mietu mill-Parroċċa tagħna matul din il-ġimgħa. Nitolbu għalihom u għall-mejtin kollha. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…

Nitollbu flimkien it-talba, li bħala Parroċċa, għażilna biex nitolbu matul din is-sena: "Tkellem, Mulej, għax il-qaddej tiegħek qiegħed jisma’." 1 Samwel 3, 9

Paċi u barka Fr. Eucharist Zammit Arċipriet

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.