Avviżi Tal-Kommunità Parroċċa San Sebastjan
ĦAL QORMI - MALTA
XVI Ħadd ta’ matul is-sena
22 ta’ Lulju 2018
____________________________________________________________________________________
It-Tnejn/Għada bejn l-10.00am u l-11.00am, is-Superjur Joe Fenech, imexxi l-Adorazzjoni fil-Kripta. Kulħadd mistieden. Il-Ħamis, fit-3.00pm, ikollna ħarġa għall-baħar. Biljetti u dettalji mingħand Consiglia Abela. Nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk kollha li taw is-sehem tagħhom biex flimkien stajna niċċellebraw il-festa ta’ San Bastjan. Grazzi kbira tmur lil voluntiera kollha li taw il-ħin u lenerġija tagħhom, biex tassew ikollna festa sabiħa. Fuq kollox, grazzi kbira lill-Poplu kollu ta’ Ħal Qormi, li ta’ s-sehem tiegħu, biex din il-festa nkunu nistgħu niċċellebrawha flimkien. Nixtieq għalhekk nistieden lil kulħadd, biex nhar it-Tnejn/Għada, nieħdu sehem fil-Quddiesa tas-6.30pm, biex flimkien nirringrazzjaw lil Alla għal din il-festa sabiħa li flimkien iċċellebrajna. Wara l-Quddiesa jsir id-dħul ta’ l-istatwa fin-niċċa. It-Tnejn 30 ta’ Lulju, fis-7.30pm, fiċ-Ċentru ser ikollna l-laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali. Fit-talb tagħna nitolbu għal Frances Fava, Gina Debono u Anthony Muscat, li mietu millParroċċa tagħna, matul din il-ġimgħa. Nitolbu għalihom u għal ħutna l-mejtin. Agħtihom O Mulej il-mistieħ ta’ dejjem....
Paċi u barka
Fr. Eucharist Zammit Kappillan
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184 • TEL: 2148 6350 • E-MAIL: info@qormisbparish.org