Avviżi tal-Komunità Parroċċa San Sebastjan Ħal Qormi
Ir-Rabà Ħadd Avvent
23 ta’ Diċembru 2018
____________________________________________________________________________________
Għada/llum, fil-Quddiesa tad-9.30AM, t-tfal kollha huma mistiedna biex iġġibu magħhom l-Bambin u l-presepju, biex fi tmiem tal-Quddiesa jsir it-tberik tagħhom.
Nhar it-Tnejn/Għada niċċellebraw Lejliet il-Milied. Filgħaxija fil-5.15pm jkollna l-Quddiesa fil-Knisja. Fil-5.30pm tibda d-dimostrazzjoni tal-Bambin, mill-Museum tas-Subien, fejn għal ħabta tas-6.30pm jkollna waqfa fil-Knisja u wara l-purċissjoni tkompli u tintemm fil-Museum tas-Subien. Inħeġġu lit-tfal kollha u l-familji tagħhom biex jieħdu sehem. Fil-Lejl tal-Milied, il-Knisja tiftaħ fl-10.00pm, fil-10.45pm tibda l-velja li tinkludi, kant, feature u l-play tal-Milied bl-isem KARATTRI, mtellgħa miż-żgħażagħ tal-Grupp IMPACT. Fl-11.45pm tibda l-purċissjoni tal-Bambin, il-priedka tat-tifel u fl-12.00am nieħdu sehem fil-Quddiesa tal-lejl tal-Milied. Nħeġġu lil kulħadd biex jattendi.
Nhar it-Tlieta, niċċellebraw il-Jum tal-Milied. Il-Quddies jkun bħal nhar ta’ Ħadd u filgħaxija, fis-6.00pm, jkollna Quddiesa kantata.
Fl-okkażjoni tal-Milied, nhar il-Ħamis, ser nagħmlu Quddiesa għall-anzjani Qriema, fil-Knisja, fid-9.30am. Nitolbu l-koperazzjoni tal-familjari sabiex l-anzjani tagħhom jkunu jistgħu jattendu.
Fl-Okkażjoni tal-festa tal-Familja Mqaddsa, nhar is-Sibt li ġej, għall-Quddiesa tas-6.30pm, nixtiequ nistiednu lill-koppji kollha li żżewwġu matul din is-sena u lil dawk li qed jiċċellebraw il-ħmistax u l-għoxrin sena miżżewwġin. Din il-Quddiesa ser tkun animata mill-Kummissjoni Familja tal-Parroċċa.
Filwaqt li nirringrazzja lil dawk kollha li offrew rigali lit-tfal u żgħażagħ li jgħixu fid-Dar St. Patrick’s, tas-Sliema, nixtiequ navżaw li l-ġbir kollha li ser jsir fil-weekend li ġej, se jmur bħala karità lid-Dar tal-Providenza.
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
TE L : 2 1 4 8 6 3 5 0
Minħabba l-festi tal-Milied, nixtiequ navżaw li matul il-ġimgħa li ġejja, l-Uffiċċju Parrokkjali se jkun magħluq, imma minn ikollu bżonn xi ħaġa urġenti, jkellem lill-kappillan.
Infakkaru lit-tfal li hawn fil-Knisja, biex fi tmiem tal-Quddiesa, jieħdu l-fuljett l-Aħbar it-Tajba minn ħdejn l-bibien tal-Knisja.
Fit-talb tagħna niftakru f’oħtna Rosaria Amato li mietet mill-Parroċċa tagħna, matul din il-ġimgħa. Nitolbu għaliha u għal ħutna l-mejtin kollha. Agħtihom o Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem...
Paċi u barka Fr. Eucharist Zammit Kappillan