Avviżi 24 ta' Settembru 2017

Page 1

Avviżi Tal-Kommunità Parroċċa San Sebastjan

ĦAL QORMI - MALTA

25 Ħadd A

24 ta’ Settembru 2017

____________________________________________________________________________________

Mit-Tnejn jibda l-Katekiżmu fil-MUSEUM tal-bniet u tas-subien. Fiċ-Ċentru Parrokkjali jibda mit-Tnejn ta’ wara.

It-Tnejn filgħaxija, fiċ-Ċentru issir il-kitba għall-kors tal-krafts li jsir ta’ kull sena, bejn 6.007.00pm. Dħul minn Triq San Edward.

Fis-7.15pm fiċ-Ċentru issir il-laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali.

Nhar l-Erbgħa fid-9.30am jerġa jingħata bidu għal-laqgħat tal-Ladies’ Circle, fiċ-Ċentru.

Nhar l-Erbgħa wkoll jiltaqa’ il-Grupp tal-Anzjani, fil-Kripta fid-9.30am.

Il-Kummissjoni Ambjent tistieden lil kulħadd għall-funzjoni tal-għeluq tax-Xahar tal-Ħolqien filknisja ta’ San Franġisk, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta, nhar il-Ħadd 1 ta’ Ottubru fl-10.30 am. Imexxi l-ċ- Ċelebrazzjoni l-E.T. Mons Mario Grech, isqof ta’ Għawdex.

Il-ġabra għall-Art Imqaddsa li saret il-Ħadd li għadda laħqet is-somma ta’ €1000.

Għandna nżommu fit-talb tagħna lil ħutna nsara li jgħixu fil-postijiet fejn għex Ġesù għax tassew iħabbtu wiċċhom ma’ diffikultajiet kbar.

Grazzi lil kull min qed jikkontribwixxi għall-orgni l-ġdid għall-parroċċa tagħna, li jiswa €10,000. Sa issa inġabru terz tas-somma meħtieġa. Nipproponu li jkun hawn 120 persuna li tagħti offerta ta’ €50 u b’hekk inkunu ġbarna l-ammont meħtieġ.

Minn għada t-Tnejn jibda l-booking tal-quddiesa għas-sena li ġejja, fil-ħinijiet tal-uffiċċju.

Paċi u barka

Fr Joseph Buhagiar Kappillan

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184 • TEL: 2148 6350 • E-MAIL: info@qormisbparish.org


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.